Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servizzi li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' attivitajiet mifruxa tal-Aġenzija E...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Environment Agency (EEA)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
17/12/2015
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
08/02/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
EEA/IDM/15/026.
Servizzi li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' attivitajiet mifruxa tal-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent (AEA) għall-koordinament tal-komponent tal-programm Copernicus 'in situ' (2 lottijiet).
Copernicus, li qabel kien jissejjaħ GMES (sorveljanza globali għall-ambjent u s-sigurtà) hu l-programm Ewropew għat-twaqqif ta' kapaċità Ewropea għall-osservazzjoni tad-dinja.L-AEA qed titlob is-servizzi ta' 1 jew 2 kuntratturi fi ħdan l-iskop taż-żewġ (2) oqsma tematiċi jew lottijiet i.e. lott 1: osservazzjonijiet (meteoroloġija, oċeanografija, kimika atmosferika u kwalità tal-arja, u l-klima); u t-2 lott: temi tad-dejta spazjali. Iż-żewġ (2) oqsma tematiċi se jkopru parti kbira ħafna, jekk mhux kollha, tal-ġabriet tad-dejta u l-prodotti derivati 'in situ' meħtieġa mis-servizzi ta' Copernicus biex jipproduċu u/jew jivvalidaw il-prodotti.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
17/12/2015 00:00
Ma jgħoddx
08/02/2016 16:00
15/02/2016 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Osservazzjonijiet
L-AEA ngħatat l-inkarigu mill-Kummissjoni Ewropea li timplimenta l-attivitajiet mifruxa għall-koordinazzjoni tal-komponent tal-programm Copernicus 'in situ'. L-attivitajiet ta' koordinazzjoni ġew maqsuma f'4 xogħlijiet ewlenin kif deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti. Hu sabiex jintlaħqu dawn l-4 xogħlijiet li l-AEA titlob espert tematiku u appoġġ tekniku rigward l-osservazzjonijiet 'in situ' u l-prodotti derivanti meħtieġa mis-servizzi ta' Copernicus. Dan il-lott jinkludi l-oqsma tematiċi li ġejjin: meteoroloġija, oċeanografija, kimika atmosferika u kwalità tal-arja u l-klima.
Il-lott 2
Temi tad-dejta spazjali
L-AEA ngħatat l-inkarigu mill-Kummissjoni Ewropea li timplimenta l-attivitajiet mifruxa għall-koordinazzjoni tal-komponent tal-programm Copernicus 'in situ'. L-attivitajiet ta' koordinazzjoni ġew maqsuma f'4 xogħlijiet ewlenin kif deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti. Hu sabiex jintlaħqu dawn l-4 xogħlijiet li l-AEA qed titlob espert tematiku u appoġġ tekniku rigward l-osservazzjonijiet 'in situ' u l-prodotti derivanti meħtieġa mis-servizzi ta' Copernicus. Dan il-lott jinkludi t-temi tematiċi li ġejjin kif deskritti fid-Direttiva Inspire (Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14.3.2007 li twaqqaf Infrastruttura għat-Tagħrif Spazjali fil-Komunità Ewropea (Inspire), il-ĠU L 108, tal-25.4.2007, p. 1): l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III (minbarra temi: 13, 14 u 15).
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 244-442785
L-Avviż dwar il-Kuntratt
17/12/2015 00:00