Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Ġbir u aġġornament tal-kontenut tal-liġi tal-konsumatur u l-marketing għal repoż...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG Justice and Consumers (JUST)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
11/05/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
14/06/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
JUST/2015/RCON/PR/CIVI/0178.
Ġbir u aġġornament tal-kontenut tal-liġi tal-konsumatur u l-marketing għal repożitorju diġitali.
L-għan ta' dan il-kuntratt ta' 10 xhur hu li jipprovdi servizzi lill-Kummissjoni, jaġġorna t-tagħrif kurrenti li jinsab fil-bażi tad-dejta tal-kompendju tal-liġi tal-konsumatur u fil-bażi tad-dejta tad-Direttiva tal-Prattiċi Kummerċjali Mhux Ġusti, jiddaħħlu f'repożitorju diġitali tal-liġi tal-konsumatur u l-marketing li l-kuntrattur se jeħtieġ li joħloq għal dan il-għan.L-iskop ġeografiku tax-xogħol irid ikopri l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewopea.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Kuntratt pubbliku
Ma jgħoddx
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
Sabiex jagħtu prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tagħhom, dawk li jitfgħu l-offerti (i.e. fil-każ ta' offerta konġunta, il-ħila flimkien tal-membri kollha tal-konsorzju u s-sottokuntratturi identifikati) għandhom juru li d-dħul tagħhom annwali kkonsolidat jaqbeż l-EUR 300 000 (il-medja għall-aħħar 3 snin).Għandhom jingħataw il-provi li ġejjin:— il-'karta bilanċjali ssimplifikata' kompluta u l-'kont tal-qligħ t-telf issimplifikat' li jridu jimtlew għal dawn l-aħħar sentejn (2) (għandu jimtela l-Anness 2),— kopja tal-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta bilanċjali għal dawn l-aħħar sentejn (2) li l-kontijiet tagħhom ingħalqu,— fin-nuqqas ta' dan, stqarrijiet xierqa minn banek,— jekk applikabbli, xhieda ta' assigurazzjoni ta' indennizz kontra r-riskju professjonali.Jekk, għal xi raġuni eċċezzjonali li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li hi ġġustifikata, min jitfa' l-offerti ma jkunx jista' jagħti wieħed jew aktar mid-dokumenti ta' hawn fuq, jista' jagħti prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta' kull dokument ieħor li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt tqis li huwa xieraq. F'kull każ, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt trid tkun mill-inqas avżata dwar din ir-raġuni eċċezzjonali u l-ġustifikazzjoni li għandha x'taqsam magħha fl-offerta. Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li titlob kull dokument ieħor li jgħinha biex tivverifika l-qagħda ekonomika u finanzjarja ta' min jitfa' l-offerti.
Ara hawn fuq.
a. Il-kriterji marbutin ma' dawk li jitfgħu l-offerti:Dawk li jitfgħu l-offerti (f'każ ta' offerta konġunta, il-ħila magħquda ta' dawk kollha li jitfgħu l-offerti u tas-sottokuntratturi li jkunu identifikati) iridu jimxu mal-kriterji li ġejjin:Rigward it-tim ta' dak li jitfa' l-offerta:— dak li jitfa' l-offerta għandu jagħti prova ta' esperjenza fil-qasam tat-twettiq ta' studji legali b'mill-inqas 3 proġetti mwettqa f'dan il-qasam fl-aħħar 3 snin b'valur totali minimu ta' EUR 300 000,— dak li jitfa' l-offerta jrid jagħti prova tal-ħila li jħejji abbozzi ta' rapporti bl-Ingliż,— ħila ppruvata li jwettaq riċerka legali u jabbozza sommarji legali bl-Ingliż (il-kontroll tal-kwalità tal-lingwa ta' traduzzjonijiet mogħtija).It-tim li se jagħti s-servizz għandu jinkludi, bħala minimu, il-profili li ġejjin:Il-kap tal-proġett: esperjenza ta' mill-inqas 5 snin fl-immaniġġjar ta' proġetti, preferibbilment fil-qasam tal-liġi tal-konsumatur u l-marketing, inklużi s-sorveljanza tal-kunsinna tal-proġetti, il-kontroll tal-kwalità tas-servizz mogħti, esperjenza marbuta mal-orjentazzjoni tal-klijent fi proġetti ta' daqs simili (mill-inqas EUR 300 000) u kopertura (ambitu ġeografiku ta' mill-inqas nofs dak il-wieħed li jaqa' taħt din is-sejħa għall-offerti), b'esperjenza fl-immaniġġjar ta' tim ta' mill-inqas 10 persuni.Il-maniġer tal-proġett: esperjenza ppruvata tax-xogħol ta' mill-inqas 3 snin fit-tmexxija tal-istudji legali, b'mod partikolari fl-organizzazzjoni tal-ġbir tat-tagħrif f'pajjiżi differenti u l-koordinazzjoni tal-analiżi ta' dan it-tagħrif, għal mill-inqas wieħed mill-impjegati maniġerjali.Espert legali: grad ta' edukazzjoni ogħla rilevanti u sentejn (2) ta' esperjenza professjonali fil-qasam tal-liġi tal-konsumatur u l-marketing/jew il-liġi proċedurali u l-esperjenza fil-preparazzjoni u t-tmexxija tar-riċerka legali. It-tim għandu jinkludi mill-inqas espert nazzjonali rilevanti 1 għal kull wieħed mit-28 Stati Membri. Kull membru jrid jipprova l-ħiliet tal-lingwa tal-pajjiż li għalih hu/hi huwa/hija responsabbli.Esperti tat-teknoloġija tal-informazzjoni: esperjenza ppruvata fil-ħolqien ta' bażijiet tad-dejta onlajn kumplessi, fl-organizzazzjoni u t-twettiq ta' aġġornament u manutenzjoni tal-kontenut ekwivalenti għal dak imfisser f'din is-sejħa għall-offerta, bl-użu tal-bażi tad-data operattiva onlajn jew sistema tal-pubblikazzjoni bbażata fuq l-Internet.Jekk bosta fornituri tas-servizz/sottokuntratturi jkunu involuti fl-offerta, huma jrid ikollhom ilkoll flimkien il-ħila professjonali u teknika biex iwettqu x-xogħlijiet mogħtija lilhom.b. Il-mezzi ta' prova:Il-provi li ġejjin għandhom jingħataw biex jintlaħqu l-kriterji ta' hawn fuq:1. dawk li jitfgħu l-offerti, flimkien mal-offerta tagħhom, għandhom jagħtu kurrikuli tal-karriera ddettaljati għal kull membru tal-persunal li se jkun responsabbli mit-twettiq tax-xogħol, li jridu jinkudu l-isfond edukattiv tiegħu jew tagħha, il-lawrji u d-diplomi, l-esperjenza professjonali, ix-xogħol ta' riċerka, il-pubblikazzjonijiet u l-ħiliet lingwistiċi. Il-KK għandhom ikunu ppreżentati, preferibbilment, bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fuq għamla Ewropea komuni għall-kurrikuli tal-karriera, ippubblikata fil-ĠU L 79 tat-22.3.2002, p 66;2. lista tas-servizzi ewlenin simili għall-oġġettiv tal-kuntratt preżenti li ngħataw matul dawn l-aħħar 3 snin, b'mod partikulari dawk marbuta mal-istudji legali f'diversi Stati Membri, bl-ammonti, id-dati u l-entitajiet, kemm jekk pubbliċi jew privati, li rċevew is-servizzi mogħtija, flimkien maċ-ċertifikati maħruġa jew iffirmati mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-klijenti privati, jew jekk ma jingħatawx dawn, għandha ssir stqarrija sempliċi mill-fornitur tas-servizz li turi li dawn twettqu;3. Il-parti tal-kuntratt li l-fornitur tas-servizz għandu l-ħsieb li jgħaddi lil terzi.Is-sottokuntratturi għandhom jagħtu ittra ta' intenzjoni li turi r-rieda tagħhom li jipprovdu s-servizz maħsub fis-sejħa għall-offerti u skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti preżenti. L-ittra ta' intenzjoni għandha tkun skennjata u mtella' taħt 'Kwalifikazzjoni' --> 'Identifikazzjoni ta' Dak li Jitfa' l-Offerta' --> ' Sottokuntratturi' --> 'Dokumenti'.
Ara hawn fuq.
Miri li Jridu Jintlaħqu
11/05/2016 00:00
06/06/2016 23:59
14/06/2016 12:00
16/06/2016 10:30
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 090-159493
L-Avviż dwar il-Kuntratt
11/05/2016 00:00