Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Bażijiet tad-dejta u sorsi ta' tagħrif elettroniku oħrajn - 4 lottijiet.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Medicines Agency (EMA)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
12/03/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
18/04/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
EMA/2016/11/COM.
Bażijiet tad-dejta u sorsi ta' tagħrif elettroniku oħrajn - 4 lottijiet.
Aċċess permezz ta' abbonament għall-bażijiet tad-dejta u sorsi ta' tagħrif elettroniku oħrajn, jiġifieri aċċess għall-indiċi tal-Medline ikkumplimentat minn ġurnali bit-test komplet, għal indiċi bijomediku komprensiv,għal bażi tad-dejta tax-xandir tal-aħbarijiet, u għal bażi tad-dejta bbażata fuq il-provi.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
12/03/2016 00:00
18/04/2016 12:00
21/04/2016 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Bażijiet tad-dejta u tagħrif elettroniku ieħor
Aċċess għall-indiċi tal-Medline ikkumplimentat minn ġurnali bit-test sħiħ ('Medline Complete' jew ekwivalenti), li jippermetti lill-persunal sabiex jaċċessa b'mod elettroniku għad-dejta biblijografika li tkopro d-dixxiplini kliniċi u tal-kura tas-saħħa ewlenin, inkluż ix-xjenzi mediċi, il-farmaċija u l-farmakoloġija, il-bijoloġija, il-kimika, il-veterinarji, is-saħħa pubblika, u oħrajn fuq l-indiċi tal-Medline. L-aċċess se jippermetti lill-persunal tal-Aġenzija sabiex jidentifika u jaċċessa l-artikli rilevanti fil-qasam tar-riċerka tagħhom.
Il-lott 2
L-indiċi bijomediku komprensiv ('Embase' jew ekwivalenti)
Aċċess għal indiċi bijomediku komprensiv ('Embase' jew ekwivalenti), li jippermetti lill-persunal sabiex ikollu aċċess elettronitku għad-dejta ta' referenza li tkopri dixxiplini kliniċi, farmakoloġiċi u tal-kura tas-saħħa ewlenin, jiġifieri r-rekords biblijografiċi bijomediċi u farmakoloġiċi biċ-ċitazzjonijiet, l-astratti u l-indiċjar derivati minn artikli bijomediċi f'ġurnali li l-analiżi tagħhom saret minn esperti differenti, u pubblikazzjonijiet oħrajn dwar is-suġġett tar-riċerka dwar il-mediċini u dik farmaċewtika.
Il-lott 3
Bażi tad-dejta tax-xandir tal-aħbarijiet ('APM' (Aġenzija tal-Aħbarijiet Medikali jew ekwivalenti))
Aċċess għal-bażi tad-dejta indipendenti tax-xandir tal-aħbarijiet ('APM' jew ekwivalenti), li tipprovdi aħbarijiet f'ħin reali dwar l-EMA, aħbarijiet orjentati lejn il-politika u s-suq, prinċipalment mill-Ewropa, u aħbarijiet dwar il-kura tas-saħħa u l-industrija farmaċewtika. Dan l-aċċess se jipprovdi lill-EMA b'aċċess kontinwu għall-iżjed tagħrif riċenti u/jew aħbarijiet friski fil-ħin reali, meta jkunu ppubblikati għall-ewwel darba. L-Aġenzija għandha tkun infurmata tajjeb fuq aħbarijiet rilevanti regolatorji, u rrelatati mal-kura tas-saħħa u l-industrija farmaċewtika li għandhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tagħha.
Il-lott 4
Il-bażi tad-dejta bbażata fuq l-evidenza (Aġġornata jew ekwivalenti)
Aċċess għal għodda komprensiva ta' punt fejn tingħata l-kura, jiġifieri bażi tad-dejta bbażata fuq l-evidenza (Aġġornata jew ekwivalenti), li tippermetti lill-persunal sabiex ikollu aċċess b'mod elettroniku għal evidenza ssintesizzata aġġornata b'mod regolari li tikkonsisti minn rakkomandazzjonijiet dwar suġġetti mediċi kliniċi, ikkumplimentati minn tagħrif estensiv dwar il-mediċini.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 051-083911
L-Avviż dwar il-Kuntratt
12/03/2016 00:00