Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servizzi ta' komunikazzjoni tan-netwerk taż-żona metropolitana u tan-netwerk għa...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Investment Bank (EIB)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
27/05/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
16/09/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
OP-1305.
Servizzi ta' komunikazzjoni tan-netwerk taż-żona metropolitana u tan-netwerk għal żona wiesgħa għall-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment.
Provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni tan-netwerk taż-żona metropolitana u tan-netwerk għal żona wiesgħa għall-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Din is-sejħa għall-offerti hi maqsuma fi 2 lottijiet distinti, u kull lott jirrappreżenta qasam jew suq differenti: l-1 lott: servizzi ta' komunikazzjoni tan-netwerk taż-żona metropolitana (MAN) (id-Datalink, l-Internet u s-servizzi bil-vuċi għall-binjiet u l-lokazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI fil-Lussemburgu); it-2 lott: servizzi ta' komunikazzjoni tan-netwerk għal żona wiesgħa (WAN) (linji tad-dejta u servizzi għall-uffiċċji esterni tal-Grupp tal-BIE barra l-Lussemburgu). Il-BIE se jiffirma qafas ta' ftehim ma' operatur ekonomiku singolu għal kull lott distint. Dawk li jitfgħu l-offerti jistgħu jitfgħu proposta għal lott 1 jew għat-tnejn; il-Bank jikkunsidra li la hu vantaġġ u lanqas żvantaġġ li jintefgħu proposti għaż-żewġ lottijiet. Dawk li jitfgħu l-offerti se jkunu vvalutati separatament għal kull lott.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
27/05/2016 00:00
16/09/2016 23:59
23/09/2016 14:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Servizzi ta' komunikazzjoni tan-netwerk taż-żona metropolitana (MAN) (id-Datalink, l-Internet u s-servizzi bil-vuċi għall-binjiet u l-lokazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI fil-Lussemburgu)
Is-soluzzjoni l-ġdida li se tkun implimentata għandha tkompli tippermetti lill-BIE sabiex ikollu infrastruttura effettiva ta' komunikazzjonijiet (id-dejta, l-Internet, il-vuċi u l-vidjow) biex tippermetti lill-uffiċċji kollha tiegħu fil-Lussemburgu sabiex jikkomunikaw ma' xulxin kif ukoll 2 ċentri tad-dejta ospitati fl-EBRC (e-Business & Resilience Centre) ta' Windhof u Hitec. Is-servizz għandu jkun ibbażat fuq l-aqwa teknoloġija b'miri ta' livell għoli ta' disponibbiltà, prestazzjoni u sigurtà. Il-servizz se jkun ipprovdut permezz ta' qafas ta' ftehim għal servizzi, u se jitmexxa permezz ta' bosta ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-livell tas-servizz.
Il-lott 2
Servizzi ta' komunikazzjoni tan-netwerk għal żona wiesgħa (WAN) (linji tad-dejta u servizzi għall-uffiċċji esterni tal-Grupp tal-BIE)
Is-soluzzjoni l-ġdida li se tkun implimentata għandha tkompli tippermetti lill-BIE sabiex ikollu infrastruttura effettiva ta' komunikazzjonijiet (id-dejta, l-Internet, il-vuċi u l-vidjow) biex tippermetti lill-uffiċċji kollha tiegħu madwar id-dinja sabiex jikkomunikaw ma' xulxin kif ukoll mal-uffiċċji u l-postijiet fil-Lussemburgu. Is-servizz għandu jkun ibbażat fuq l-aqwa teknoloġija b'miri ta' livell għoli ta' disponibbiltà, prestazzjoni u sigurtà. Is-servizz se jkun ipprovdut permezz ta' qafas ta' ftehim għal servizzi u se jitmexxa permezz ta' bosta ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-livell tas-servizz.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 151-272598
Tiswija
06/08/2016 00:00
2016/S 101-179698
L-Avviż dwar il-Kuntratt
27/05/2016 00:00