Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Investment Bank (EIB)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
11/05/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
20/06/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
VP-1318.
Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva.
It-3 lottijiet huma maqsumin fi 3 oqsma ta' servizzi distinti iżda kumplimentari biex jipprovdu approwċ ħolistiku lis-CSR (Responsabbiltà Soċjali Korporattiva) fi ħdan il-Grupp tal-BEI. Il-kejl u r-rappurtaġġ tal-attivitajiet tas-CSR tal-Grupp tal-BEI fis-servizzi operazzjonali u funzjonali kollha hu għodda vitali għall-Grupp tal-BEI biex jimmaniġġja u jiżviluppa l-istrateġija, l-objettivi u l-miri tas-CSR tiegħu, sabiex jilħaq l-aspettattivi tal-partijiet interessati permezz tal-prestazzjoni ġenerali tas-CSR mill-Grupp tal-BEI.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
11/05/2016 00:00
20/06/2016 23:59
27/06/2016 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Servizzi ta' rappurtaġġ dwar is-sostenibbiltà u dawk assoċjati Ir-rappurtaġġ tas-sostenibbiltà — jipprovdi pjattaforma wiesgħa biex turi l-kisbiet tas-CSR tal-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI b'rispons għall-aspetti materjali identifikati mill-partijiet interessati permezz tal-valutazzjoni tal-materjalità. Hu importanti li l-aspetti l-iżjed materjali tal-Grupp tal-BEI jkunu riveduti fuq bażi regolari biex ikun assigurat li jkompli jilħaq l-aspettattivi tal-partijiet interessati u rrappurtati b'mod trasparenti biex tintlaħaq l-iżjed firxa wiesgħa ta' partijiet interessati. Servizzi assoċjati — xogħlijiet speċifiċi jistgħu jiġu kkummissjonati mit-Taqsima tas-CSR minn żmien għal żmien matul it-tul ta' żmien tal-qafas ta' ftehim li se jgħinu lit-Taqsima tas-CSR biex tappoġġja u ttejjeb il-proċess ta' rappurtaġġ kif deskritt fit-Taqsima 4.1.2 ta' dawn it-termini ta' referenza. Ix-xogħlijiet speċifiċi taħt dan il-lott se jingħataw bi qbil mal-Artiklu 4 tal-mudell ta' qafas ta' ftehim fl-Anness II ta' dawn it-termini ta' referenza.
Il-lott 2 Servizzi ta' rappurtaġġ ambjentali u dawk assoċjati Ir-rappurtaġġ ambjentali jiffoka fuq l-attivitajiet interni tal-Grupp tal-BEI u l-ksib ta' servizzi inkluż elementi bħall-enerġija, l-użu tal-ilma, l-immaniġġjar tal-iskart, l-ivvjaġġar (in-negozju u l-kommutatur), it-TI u l-proprjetajiet. Il-Grupp tal-BEI attwalment japplika l-protokoll dwar il-GHG (Gassijiet tas-Serra) fil-kalkolu tal-inventarju tiegħu tal-gas tas-serra (GHG), li jirriżulta f'rapport dwar l-emissjonijiet tal-karbonju annwali ppubblikat onlajn. Servizzi assoċjati — xogħlijiet speċifiċi jistgħu jiġu kkummissjonati mit-Taqsima tas-CSR minn żmien għal żmien matul it-tul ta' żmien tal-qafas ta' ftehim li se jgħinu lit-Taqsima tas-CSR biex tappoġġja u ttejjeb il-proċess ta' rappurtaġġ kif deskritt fit-Taqsima 4.2.2 ta' dawn it-termini ta' referenza. Ix-xogħlijiet speċifiċi taħt dan il-lott se jingħataw bi qbil mal-Artiklu 4 tal-mudell ta' qafas ta' ftehim fl-Anness II ta' dawn it-termini ta' referenza. Dawk li jitfgħu l-offerti huma nkoraġġuti jipproponu modi li bihom ir-rappurtaġġ ambjentali jista' jevolvi fil-Grupp tal-BEI bi qbil mal-istandards internazzjonali u l-aqwa prattika aċċettata. Dawk li jitfħu l-offerti għandhom jirreferu għat-Taqsima 8.3 ta' dawn it-termini ta' referenza għall-fażi tal-għoti għal dan il-lott.
Il-lott 3 Servizzi ta' konsulenza Servizzi ta' pariri, konsulenza u appoġġ jiffurmaw parti essenzjali mill-attività tat-Taqsima tas-CSR biex jikkumplimentaw l-attivitajiet tan-negozju tal-Grupp tal-BEI. Għarfien, riċerka, kejl u studji esperti huma meħtieġa biex jippermettu lill-Grupp tal-BEI biex ikun iżjed proattiv fl-approwċ għas-CSR u l-iżjed żvilupp tal-istrateġiji, il-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni tagħha biex idaħħal is-CSR fil-kultura tal-Grupp tal-BEI. L-objettivi tal-Bank fl-għażla tal-approwċ partikolari huma li ġejjin: — il-flessibbiltà — is-servizzi se jkunu assigurati fuq bażi fil-ħin, kif meħtieġ b''overhead' minimu fi ħdan qafas ċar u proċedurali trasparenti, — l-affidabilità — it-twaqqif ta' relazzjoni għal żmien twil ma' grupp magħżul ta' fornituri tas-servizz se jassigura konsistenza u kontinwità tas-servizzi, il-persunal u l-immaniġġjar tul il-ħajja tal-qafas ta' kuntratt.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 090-159483 L-Avviż dwar il-Kuntratt 11/05/2016 00:00