Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Provvista ta' sistema ta' riżervazzjoni/ħruġ ta' biljetti bl-iżvilupp/it-tfassil...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Parliament, DG Communication (COMM)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
19/05/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
28/06/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
COMM/DG/AWD/2016/148.
Provvista ta' sistema ta' riżervazzjoni/ħruġ ta' biljetti bl-iżvilupp/it-tfassil skont il-ħtieġa tal-prodott, is-servizzi għall-iħħostjar sħiħ, is-servizz ta' manutenzjoni u appoġġ, u l-akkwist ta' ħardwer ta' appoġġ.
Il-kuntrattur se jkun responsabbli għall-provvista ta' sistema funzjonali ta' riżervazzjoni lill-Parlament Ewropew, jew permezz ta' bejgħ dirett u/jew ftehim ta' liċenzjar. Il-Parlament Ewropew se jkollu l-pussess sħiħ ta' din is-sistema ta' riżervazzjoni, inkluż il-kowds tas-sorsi. Il-kuntrattur se jkun responsabbli għat-tfassil apposta u l-iżvilupp tas-sistema ta' riżervazzjoni sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Parlament. Il-kuntrattur se jaħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-mexxej tal-proġett tal-PE u s-servizzi rilevanti sabiex jiffinalizza l-ħtiġijiet (l-analiżi) u jwettaq l-iżvilupp u t-tfassil apposta neċessarji f'kooperazzjoni mal-mexxej tal-proġett tal-PE. Il-kuntrattur se jorganizza sessjonijiet ta' taħriġ lill-persunal tas-servizzi lill-viżitaturi (adattati għall-profili varji tal-utenti) qabel il-'go-live' għal kull fażi jew wara kwanunkwe aġġornamenti maġġuri lis-softwer. L-amministraturi tas-sistema se jeħtieġu taħriġ addizzjonali biex ikunu jistgħu jwettqu r-rwoli tagħhom. Xi wħud mill-amministraturi tas-sistema jew kollha kemm huma għandhom ukoll jitħarrġu fis-sejbien ta' problemi sempliċi għal kwalunkwe ħardwer mixtri. L-amministraturi tas-sistema jistgħu jiġu mħarrġa bħala ħarrieġa, sabiex ikunu jistgħu jagħtu korsijiet perijodiċi ta' taħriġ għal membri ġodda tal-persunal. Il-kuntrattur se jkun ukoll responsabbli għall-provvista ta' manwali bl-Ingliż aġġornati għall-utenti li jkopru l-funzjonalità sħiħa tas-sistema ta' riżervazzjoni u kwalunkwe ħardwer akkwistat b'taqsimiet fil-mira għal profili ta' utenti differenti. Il-manwali se jkunu aġġornati wara kwalunkwe bidliet. Il-kunsinna tas-sistema ta' riżervazzjoni se ssir f'fażijiet/moduli.
Provvisti
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
L-aktar ekonomika
Miri li Jridu Jintlaħqu
19/05/2016 00:00
28/06/2016 17:00
11/07/2016 10:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 095-170072
L-Avviż dwar il-Kuntratt
19/05/2016 00:00