Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Bosta oqsfa ta' kuntratti għall-ksib ta' studji u servizzi oħra ta' appoġġ dwar ...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG for Internal Market, Industry,Entrepreneurshipand SMEs (...
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
18/10/2012
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
30/11/2012
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
ENTR/172/PP/2012/FC.
Bosta oqsfa ta' kuntratti għall-ksib ta' studji u servizzi oħra ta' appoġġ dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet.
Ix-xogħlijiet preċiżi se jitniżżlu fit-talbiet għas-servizzi li se jinħarġu bħala parti minn kull lott skont il-kuntratti speċifiċi li jsiru. F'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi marbuta mal-valutazzjoni tal-impatt, ix-xogħlijiet speċifiċi se jkopru x-xogħlijiet, kollha kemm huma jew parti minnhom, li huma mfissra fil-linji ta' gwida dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni, l-annessi tagħhom u l-gwida dwar l-operat (l-aktar il-gwida dwar l-operat dwar ir-'reżistenza tal-kompetittività'). It-temi se jkunu marbuta l-aktar mal-inizjattivi li jolqtu l-intrapriżi tal-UE, is-setturi industrijali u s-suq intern għall-oġġetti. Ara http://ec.europa.eu/governance/impact/commission_guidelines/commission_guidelines_en.htm http://ec.europa.eu/governance/impact/key_docs/key_docs_en.htm http://ec.europa.eu/enterprise/policies/smart-regulation/impact-assessment/competitiveness-proofing/index_en.htm F'dak li għandu x'jaqsam mal-evalwazzjonijiet, ix-xogħlijiet speċifiċi se jkopru tipi differenti ta' studji u servizzi biex issir evalwazzjoni ta' kemm l-attivitajiet tal-UE huma rilevanti, effettivi, effiċjenti, siewja u sostenibbli, inklużi miżuri individwali, miżuri politiċi settorjali* u programmi tan-nefqa. * Ara l-lista ta' verifika f'COM(2010) 543 http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/key_docs_en.htm#_brIx-xogħlijiet ħafna drabi jintemmu billi jingħata rapport li jitħejja skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jkunu mifthiema fil-kuntratt speċifiku. Ix-xogħol jista' jkun marbut ukoll mal-għajnuna li tingħata lill-Kummissjoni fil-konsultazzjoni mal-entitajiet li għandhom interess jew l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma, konferenzi u seminars dwar il-valutazzjoni tal-impatt u temi ta' evalwazzjoni. Ix-xogħlijiet marbuta ma' dan it-tip ta' servizz jistgħu jinkludu t-tħejjija ta' dokumenti li jipprovdu sfond/dokumenti ta' diskussjoni, l-għoti ta' preżentazzjonijiet u taħriġ, kif ukoll it-tħejjija ta' rapporti mqassra dwar ir-riżultat.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
18/10/2012 00:00
30/11/2012 23:59
30/11/2012 23:59
07/12/2012 00:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Il-valutazzjonijiet tal-impatti dwar prodotti industrijali jew setturi tas-servizzi
Dan il-lott se jkollu x'jaqsam l-aktar mal-impatt li jista' jkollhom il-miżuri tal-UE fuq l-attività ekonomika fuq il-livell settorjali jew globali. L-għan speċifiku se jkun li ssir analiżi ta' kif l-istruttura, il-kompetittività u l-potenzjal għall-iżvilupp tas-settur(i) milqut(a) jintlaqtu mill-miżuri tal-UE. Dan jista' jinkludi l-impatt fuq l-innovazzjoni, studju li jqis il-fatturi determinanti bħall-ispiża tal-innovazzjoni, id-disponibbiltà tal-iffinanzjar u l-fatturi tas-suq (l-inċertezza marbuta mad-domanda għal oġġetti u servizzi ġodda).
Il-lott 2
Il-valutazzjoni tal-impatti fuq l-intrapriżi
Dan il-lott se jkollu x'jaqsam l-aktar mal-impatti tal-inizjattivi tal-UE fuq l-intrapriżi, l-imġiba tagħhom u l-mod kif jirrispondu għall-bidliet li jsiru fir-regolamenti. Se jitlob, fost affarijiet oħra, il-ġbir ta' mikro-dejta minn bosta sondaġġi li jsiru fost in-negozji jew minn ħażna ta' tagħrif fil-livell tal-kumpaniji u, jekk ikun meħtieġ, l-użu ta' mudelli teoretiċi jew ekonometriċi. Per eżempju, jista' jagħti kontribut biex issir valutazzjoni tal-bidliet fil-livell tal-ispejjeż regolatorji jew fl-istruttura tal-inċentivi biex jinħolqu u jikbru n-negozji. Ir-riżultati jistgħu jservu biex jingħata kontribut għat-tfassil ta' miżuri politiċi maħsuba biex ixerrdu l-intraprenditorija.
Il-lott 3
Analiżi tal-benefiċċji u tal-ispejjeż tal-miżuri politiċi tal-UE marbuta mal-intrapriża u l-industrija
Dan il-lott se jintuża l-aktar biex issir valutazzjoni tal-benefiċċji u tal-ispejjeż tal-miżuri politiċi u tal-inizjattivi tal-UE li huma marbuta mal-intrapriża u l-industrija. Jista', fost affarijiet oħra, jipprovdi dejta kwalitattiva u kwantitattiva fejn il-monetizzazzjoni tkun diffiċli minħabba n-nuqqas ta' prezzijiet tas-suq (p.e. l-impatti fuq s-saħħa u l-ħajja tal-bniedem jew fuq l-ambjent). Dan jista' jitlob li jintużaw metodi mibnija fuq preferenzi li jkunu indikati (p.e. valutazzjoni tal-kontinġenza) jew preferenzi żvelati (p.e. ipprezzar edoniku). Skont il-metodu tal-valutazzjoni tal-kontinġenza, il-valur ta', per eżempju, l-impatt fuq is-saħħa, jista' jkun ivvalutat billi l-entitajiet li għandhom interess ikunu mistoqsija dwar l-ammont ta' flus li jkunu lesti li jħallsu biex ma jbatux il-konsegwenzi tal-impatt negattiv fuq is-saħħa jew dwar l-ammont ta' flus li jkollhom bżonn jirċievu biex ikunu kkumpensati għall-impatt negattiv fuq is-saħħa. Biex jinkisbu riżultati siewja, ikun hemm bżonn li jsiru sondaġġi bħal dawn skont kundizzjonijiet li jridu jitħarsu b'reqqa kbira li huma mfissra fil-letteratura li għandha x'taqsam, u l-analiżi statistika tagħhom trid issir bl-istess mod.Skont il-metodu tal-ipprezzar edoniku, il-valur ta', per eżempju, l-impatt fuq is-saħħa, jista' jkun ivvalutat b'mod indirett permezz ta' suq marbut miegħu: per eżempju, id-differenza fil-pagi bejn xogħlijiet ta' periklu u oħrajn li m'humiex ta' periklu tagħti ħjiel dwar il-valur tar-riskju u għaldaqstant dwar il-valur tal-ħsara li jista' jkun hemm fuq is-saħħa.
Il-lott 4
Valutazzjoni tal-programmi, il-leġislazzjoni, il-miżuri politiċi u attivitajiet oħra tal-UE
Dan il-lott għandu x'jaqsam ma' servizzi ta' evalwazzjoni li jingħataw waqt jew wara l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Kummissjoni jew tal-miżuri politiċi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija. L-għan ewlieni tiegħu hu li jkopri l-evalwazzjoni tal-programmi, il-miżuri politiċi u l-miżuri leġislattivi. Ix-xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-4 lott se jintemmu billi jingħata rapport ta' evalwazzjoni mħejji skont it-termini ta' referenza mogħtija mis-servizz li qiegħed jagħti x-xogħol, filwaqt li jitħarsu l-prinċipji tal-oġġettività, kemm wieħed jista' jorbot fuq ir-rapport u valutazzjoni li tkun mibnija fuq il-provi.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2012/S 201-329627
L-Avviż dwar il-Kuntratt
18/10/2012 00:00