Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Qafas ta' kuntratt għal servizzi ta' informazzjoni u komunikazzjoni fil-qasam ta...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG ENV+CLIMA
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
30/01/2013
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
13/03/2013
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
ENV.F.3/FRA/2013/0001.
Qafas ta' kuntratt għal servizzi ta' informazzjoni u komunikazzjoni fil-qasam tal-ambjent (5 lottijiet).
Il-komunikazzjoni esterna fid-DĠ għall-Ambjent titqies li tagħmel parti integrali mill-ħidma ġenerali — biex twieżen it-tfassil tal-kunċett u l-implimentazzjoni tal-politika. Għaldaqstant, f'kooperazzjoni mill-qrib mat-taqsimiet tal-politika teknika, it-Taqsima tal-Komunikazzjoni u t-Tim tal-Pubblikazzjonijiet b'mod regolari jorganizzaw attivitajiet maħsuba biex:— ikabbru l-livell ta' kemm wieħed jifhem il-miżuri politiċi tagħna, jagħtihom appoġġ u jaċċettahom,— ikun hemm għarfien ikbar dwar l-attivitajiet tad-DĠ għall-Ambjent, u jikber il-profil tal-Kummissjoni bħala protagonista ewlenija fi kwistjonijiet ambjentali fil-qasam internazzjonali,— titrawwem soċjetà li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti billi jinħoloq għarfien dwar kwistjonijiet ambjentali fost il-pubbliku ġenerali u biex iċ-ċittadini jkunu mħeġġa biex jieħdu azzjonijiet pożittivi,— iħeġġu lill-entitajiet li għandhom interess u lil dawk li jsawwru l-opinjonijiet biex iħaddnu u jxerrdu azzjonijiet favur l-ambjent fil-qasam tal-attività tagħhom, l-aktar billi jitħaffef il-bdil tal-aqwa metodi ta' ħidma u billi jkunu ppremjati sforzi li jkunu konsistenti.L-għan tal-kuntratt hu li jiżgura li d-DĠ għall-Ambjent ikollu l-għodod biex jikseb servizzi esteni li huma meħtieġa biex jimplimenta l-attivitajiet tal-komunikazzjoni esterna tiegħu b'mod effettiv, effiċjenti u koerenti. Is-servizzi li jaqgħu taħt is-sejħa għall-offerti huma miġbura f'5 lottijiet marbuta ma' setturi professjonali speċifiċi:— l-1 lott 'L-organizzazzjoni, il-materjali u s-servizzi għall-avvenimenti u l-wirjiet',— it-2 lott 'Servizzi ta' pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi, it-tfassil tal-applikazzjonijiet, il-kitba, id-disinn tal-grafika, it-traduzzjonijiet u x-xogħol editorjali',— it-3 lott 'Il-valutazzjoni ta' attivitajiet u prodotti tal-komunikazzjoni',— ir-4 lott 'Oġġetti promozzjonali u kittijiet għall-parteċipanti',— il-5 lott 'Produzzjoni awdjoviżiva u appoġġ għall-produzzjonijiet tat-TV, tar-radju u tal-Internet.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
30/01/2013 00:00
Ma jgħoddx
13/03/2013 16:00
27/03/2013 10:30
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
L-organizzazzjoni, il-materjali u s-servizzi għall-avvenimenti u l-wirjiet
Dan il-lott ikopri l-organizzazzjoni, mill-bidu sat-tmiem, tal-avvenimenti u l-wirjiet, inklużi:— il-fażi marbuta mal-kunċett (p.e. li wieħed joħroġ b'idea kreattiva għall-avvenimenti, jagħmel suġġerimenti dwar l-aġendi, jiżviluppa proposti għall-istends, eċċ.),— appoġġ loġistiku qabel/waqt/wara l-avveniment (p.e. it-tiftix għall-post u l-kiri tiegħu; il-provvista tal-għamara kollha u tat-tagħmir tekniku kollu li huma meħtieġa; il-produzzjoni, l-armar u ż-żarmar tal-istend; il-provvista ta' materjal u servizzi promozzjonali; eċċ.),— appoġġ għall-immaniġġar tal-proġett qabel/waqt/wara l-avveniment (bħal, p.e. l-ipproċessar tal-listi tal-mistidnin, ir-reġistrazzjonijiet, l-immaniġġar tal-kelliema, il-promozzjoni tal-avveniment fost l-entitajiet li għandhom interess u l-mezzi tax-xandir, l-identifikazzjoni u l-koordinazzjoni mas-sottokuntratturi li għandhom x'jaqsmu, l-immaniġġar tal-post fejn jintlaqgħu n-nies, it-teħid tan-noti u t-tħejjija tal-abbozz tal-minuti tal-konferenza, eċċ.),— valutazzjoni li ssir wara l-avveniment (p.e. stħarriġ dwar il-livell ta' sodisfazzjon fost il-parteċipanti, rapport dwar il-parteċipazzjoni, eċċ.).
Il-lott 2
Servizzi ta' pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi, it-tfassil tal-applikazzjonijiet, il-kitba, id-disinn tal-grafika, it-traduzzjonijiet u x-xogħol editorjali
Dan il-lott ikopri servizzi marbuta ma':— appoġġ editorjali,— traduzzjonijiet,— id-disinn tal-grafika,— it-tqassim,— l-iżvilupp ta' pubblikazzjonijiet elettroniċi,— l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet.
Il-lott 3
Il-valutazzjoni ta' attivitajiet u prodotti tal-komunikazzjoni
Dan il-lott ikopri servizzi marbuta mal-valutazzjoni tal-azzjonijiet jew tal-għodod tal-komunikazzjoni biex titjieb l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-komunikazzjoni esterna tad-DĠ għall-Ambjent u biex dawn ikunu iżjed effiċjenti, li jinkludu servizzi biex:— ikunu stabbiliti l-għanijiet u l-indiktaturi,— tkun definita metodoloġija xierqa,— l-implimentazzjoni,— it-tfassil tal-abbozzi tar-rapporti li jiġbru fihom il-konklużjonijiet, 'it-tagħlimiet li ttieħdu', isiru r-rakkomandazzjonijiet.
Il-lott 4
Oġġetti promozzjonali u kittijiet għall-parteċipanti
Is-servizzi li jaqgħu taħt dan il-lott huma marbuta ma':— il-produzzjoni u l-kunsinna ta' oġġetti promozzjonali personalizzati,— il-provvista, il-preparazzjoni u l-kunsinna tal-kittijiet tal-parteċipanti/tal-basktijiet tad-delegati.
Il-lott 5
Produzzjoni awdjoviżiva u appoġġ għall-produzzjonijiet tat-TV, tar-radju u tal-Internet
Is-servizzi li jaqgħu taħt dan il-lott huma marbuta ma':— strateġija għall-komunikazzjoni awdjoviżiva u analiżi tas-suq,— il-produzzjoni ta' materjal awdjoviżiv biex jintuża kemm fuq mezzi tradizzjonali tax-xandir kif ukoll fuq mezzi ġodda tax-xandir (bħar-rapporti, dokumentarji, vidjows, VNRs, reklamar fuq it-televiżjoni, filmati animati, siltiet u materjal awdjoviżiv ieħor biex jitqassam permezz tat-televiżjoni, fuq DVD jew jittella' fuq siti tal-Internet għand il-Kummissjoni jew f'postijiet oħrajn),— ir-reklamar u t-tixrid ta' prodotti awdjoviżivi,— l-osservazzjoni u r-rappurtaġġ dwar l-impatti,— ir-rappurtaġġ dwar l-avvenimenti.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2013/S 021-031908
L-Avviż dwar il-Kuntratt
30/01/2013 00:00