Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servizzi rrelatati mal-għoti ta' ħila għall-ippjanar, it-twettiq u l-evalwazzjon...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG for European Civil Protection and Humanitarian Aid Opera...
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
26/07/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
25/08/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
ECHO/A2/SER/2016/13.
Servizzi rrelatati mal-għoti ta' ħila għall-ippjanar, it-twettiq u l-evalwazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ fil-kooperazzjoni konġunta mal-OCHA, il-WHO, il-WFP u l-IOM (4 lottijiet).
L-iskop tal-kuntratt hu li jippjana, jorganizza u jappoġġja korsijiet ta' taħriġ għall-persunal attiv fil-qasam tar-rispons għad-diżastri internazzjonali, appuntat mill-Istati tal-Mekkaniżmu li qegħdin jieħdu sehem. L-objettiv ewlieni tal-kuntratt hu li jibni fuq is-sinerġiji bejn il-protagonisti differenti fil-qasam tal-protezzjoni ċivili fl-Istati li qegħdin jieħdu sehem, biex tkompli tingħata garanzija tad-diversità u l-bixra għanja tal-programm ta' taħriġ tal-protezzjoni ċivili.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
26/07/2016 00:00
25/08/2016 23:59
01/09/2016 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Taħriġ taċ-ċellola ta' koordinazzjoni tat-tim mediku ta' emerġenza (EMTCC) mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)
Il-kuntrattur se jippjana, jorganizza u jappoġġja b'kollox 2 taħriġijiet EMTCC, kors 1 fl-2017 u kors 1 fl-2019. Kull kors se jkollu kapaċità ta' 24 parteċipant u se jtul 5 ijiem sħaħ tal-kors (minbarra l-ħin tal-ivvjaġġar). Il-WHO se tiffinalizza l-kunċett ġenerali tal-kors , il-kurrikuli, l-iskedi tal-kors u l-mudelli tal-lezzjonijiet għall-korsijiet. Il-kuntrattur m'għandux responsabbiltà fuq dan l-oġġett. Il-konsorzju għandu jassigura kooperazzjoni mill-qrib sabiex il-WHO jkollha l-ħila tiffinalizza l-ippjanar fil-ħin.
Il-lott 2
Il-kors għall-valutazzjoni u l-koordinazzjoni tad-diżastri tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDAC) u l-kors ta' taħriġ għall-mexxejja tat-tim tal-UNDAC mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA)
Il-kuntrattur se jippjana, jorganizza u jappoġġja b'kollox 2 korsijiet UNDAC, kors inizjali 1 UNDAC fl-2016 u kors 1 għall-mexxejja tat-timijiet UNDAC fl-2018. Il-kors inizjali tal-UNDAC se jkollu kapaċità ta' 32 parteċipant u se jtul 11,5 ijiem tal-kors (minbarra l-ħin tal-ivvjaġġar). Il-kors ta' taħriġ tal-UNDAC għall-mexxejja tat-timijiet se jkollu kapaċità ta' 24 parteċipant u se jtul 6 ijiem tal-kors (minbarra l-ħin tal-ivvjaġġar). L-OCHA se tiffinalizza l-kunċett ġenerali tal-kors, il-kurrikli, l-iskedi tal-kors u l-mudelli tal-lezzjonijiet għall-korsijiet. Il-kuntrattur m'għandux responsabbiltà fuq dan l-oġġett. Il-konsorzju għandu jassigura kooperazzjoni mill-qrib sabiex l-OCHA jkollha l-ħila tiffinalizza l-ippjanar fil-ħin.
Il-lott 3
Il-kors għall-koordinazzjoni u l-immaniġġjar tal-kampijiet (CCCM) mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u t-taħriġ fuq l-ambjent u l-emerġenzi (EET) mal-OCHA
Il-kuntrattur se jippjana, jorganizza u jappoġġja b'kollox 2 korsijiet ta' koordinazzjoni u l-immaniġġjar kampijiet, 1 fl-2018 u 1 fl-2020 u 4 taħriġiet fuq l-ambjent u l-emerġenzi, sussegwentament fl-2017, l-2018, l-2019 u l-2020. Kull kors se jkollu kapaċità ta' 24 parteċipant u se jtul 5 ijiem sħaħ tal-kors (minbarra l-ħin tal-ivvjaġġar). L-entità responsabbli (l-IOM jew l-OCHA) se tiffinalizza l-kunċett ġenerali tal-kors , il-kurrikli, l-iskedi tal-kors u l-mudelli tal-lezzjonijiet għall-korsijiet. Il-kuntrattur m'għandux responsabbiltà fuq dan l-oġġett. Il-konsorzju għandu jassigura kooperazzjoni mill-qrib sabiex waħda mill-entitajiet hawn fuq imsemmijin ikollha l-ħila tiffinalizza l-ippjanar fil-ħin.
Il-lott 4
It-taħriġ tat-tim ta' rispons għal-loġistika (LRT) mal-Programm Dinji tal-Ikel (WFP)
Il-kuntrattur se jippjana, jorganizza u jappoġġja b'kollox 2 taħriġiet tat-tim ta' rispons għal-loġistika, 1 fl-2017 u 1 fl-2019. Kull wieħed minnhom se jkollu kapaċità ta' 24 parteċipant u se jtul 6 ijiem sħaħ tal-kors (minbarra l-ħin tal-ivvjaġġar). Il-WHO se tiffinalizza l-kunċett ġenerali tal-kors, il-kurrikli, l-iskedi tal-kors u l-mudelli tal-lezzjonijiet għall-korsijiet. Il-kuntrattur m'għandux responsabbiltà fuq dan l-oġġett. Il-konsorzju għandu jassigura kooperazzjoni mill-qrib sabiex il-WFP jkollha l-ħila tiffinalizza l-ippjanar fil-ħin.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 142-256231
L-Avviż dwar il-Kuntratt
26/07/2016 00:00