Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
L-innovazzjoni u t-taħriġ fl-immaniġġjar tan-negozju: l-iżvilupp tal-ħiliet fin-...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
Executive Agency for Small and Medium Sized Enterprises (EASME)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
03/09/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
03/10/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
EASME/H2020/INNO/2016/020.
L-innovazzjoni u t-taħriġ fl-immaniġġjar tan-negozju: l-iżvilupp tal-ħiliet fin-Netwerk Ewropew tal-Intrapriżi u l-appoġġjar tal-assoċjati tal-innovazzjoni fl-IŻM.
Is-sejħa għall-offerti hi għall-provvista ta' taħriġ fil-qasam tal-immaniġġjar tal-innovazzjoni u l-innovazzjoni industrijali/l-immaniġġjar tan-negozju. L-għan hu li jtejjeb l-għarfien u l-ħiliet marbuta mal-immaniġġjar tal-innovazzjoni f'2 gruppi mmirati distinti: — organizzazzjonijiet tal-appoġġ tan-negozju li huma msieħba fin-Netwerk Ewropew tal-Intrapriżi, — grupp ta' riċerkaturi bl-esperjenza li jaħdmu temporanjament f'IŻM fil-kuntest ta' assoċjati tal-innovazzjoni tal-IŻM Ewropej — pilota. Fl-aħħar, il-fornitur tat-taħriġ irid jikkontribwixxi għal disponibbilità aħjar ta' ħiliet fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni u servizzi ta' konsulenza għall-IŻM, b'hekk ikollhom is-setgħa li jimmaniġġjaw il-proċessi tal-innovazzjoni b'mod aktar effiċjenti u għal impatt ekonomiku ogħla. Din is-sejħa hi maqsuma f'2 lottijiet: — l-1 lott: aktar żvilupp tal-ħila ta' konsulenza fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni fin-Netwerk Ewropew tal-Intrapriżi, — it-2 lott: taħrig fundamentali dwar l-immaniġġjar tal-innovazzjoni industrijali fil-kuntest tal-assoċjati tal-innovazzjoni tal-IŻM Ewropew — pilota.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
03/09/2016 00:00
28/09/2016 23:59
Ma jgħoddx
03/10/2016 23:59
10/10/2016 14:30
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Aktar żvilupp tal-ħila ta' konsulenza fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni fin-Netwerk Ewropew tal-Intrapriżi L-1 lott ta' din is-sejħa għall-offerti jimmira li jtejjeb il-kwalità ta' dawn is-servizzi ta' appoġġ fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni għall-IŻM imwettqa min-Netwerk tal-Intrapriżi Ewropej. Għal dan il-għan, ambjent ta' taħriġ huwa meħtieġ biex jibni u jespandi l-kompetenzi tal-konsulenti fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni fin-Netwerk tal-Intrapriżi Ewropej, jipprovdi: — taħriġ generali introduttorju fl-'immaniġġjar tal-innovazzjoni' għall-persunal li hu ġdid għal dawn ix-xogħlijiet ta' konsulenza, — taħriġ speċjalizzat/trawwim tal-ħila f'partijiet differenti u proċessi ta' sistemi fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni fl-IŻM. Bħala riżultat ta' dan il-kuntratt, huwa mistenni li numru massimu ta' esperti tal-innovazzjoni tan-Netwerk Ewropew tal-Intrapriżi li jagħtu s-servizzi 'titjib tal-ħiliet fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni tal-IŻM' huma mħarrġa u jespandu l-għarfien tagħhom fil-konsulenza fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni. Dawn il-ħiliet miksubin ġodda se jkunu użati b'mod immedjat fit-twettiq tan-Netwerk tal-appoġġ fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni. Huma se jgħinu ukoll biex jwessgħu l-aċċess tal-IŻM għal konsulenza fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni madwar l-UE.
Il-lott 2 Taħrig fundamentali fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni industrijali fil-kuntest tal-assoċjati tal-innovazzjoni tal-IŻM Ewropew — pilota. Huwa mistenni li madwar 12-il jum tax-xogħol ta' taħriġ se jkunu mogħtija lil kull assoċjat tal-innovazzjoni, inkluż it-taħriġ onlajn. Is-sehem fil-programm tat-taħriġ huwa obbligatorju għall-assoċjati tal-innovazzjoni kollha li huma parti mill-azzjoni pilota INNOSUP-2-2016. Huwa stmat li sa 90 assoċjat tal-innovazzjoni u sa 90 superviżuri se jkunu eliġibbli li jirċievu taħriġ. Bħala riżultat tat-taħriġ, l-assoċjati tal-innovazzjoni li x'aktarx ikollhom PhD f'suġġetti tekniċi se jiksbu kwalifikazzjoni addizzjonali speċifika li tippermettilhom li jaġixxu bħala 'maniġers tal-innovazzjoni' fl-industrija u, b'mod partikulari, fl-IŻM appoġġjata mill-għotjiet mogħtija taħt INNOSUP-02-2016 (assoċjati tal-innovazzjoni — pilota). Il-programm tat-taħriġ għandu ukoll jappoġġja s-segwitu u l-applikazzjoni usa' tal-ideat fil-proġetti/prodotti ta' riċerka, billi jipprovdi sessjonijiet speċifiċi dwar l-iskemi ta' finanzjament fuq livell Ewropew għal perijodu ta' ġurnata waħda (1) jew tnejn (2) tax-xogħol. Minbarra li jappoġġja l-esplorazzjoni sa massimu ta' 90 idea tan-negozju għall-innovazzjoni magħżulin taħt il-programm dwar l-assoċjati tal-innovazzjoni tal-IŻM, it-taħriġ jista' ukoll ikun l-opportunità biex wieħed jitgħallem u jiżviluppa.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 170-305421 L-Avviż dwar il-Kuntratt 03/09/2016 00:00