Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Provvista ta' servizzi ta' konsulenza għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) f...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Investment Bank (EIB)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
04/08/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
23/09/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
VP-1326.
Provvista ta' servizzi ta' konsulenza għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-qasam tal-kontroll finanzjarju.
L-objettiv ta' din is-sejħa għall-offerti hu li titlob proposti għal għajnuna minn diversi kumpaniji taħt qafas ta' ftehim ta' 4 snin biex iwettqu xogħlijiet fit-Taqsima tal-Kontrolli u l-Asseriment Interni (ICA) (taħt l-1 lott) u t-Taqsima ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (FRD) (taħt it-2 lott) tad-Dipartiment tal-Kontroll FInanzjarju (FC) tal-BEI, jekk u meta dawn ikunu meħtieġa. Din is-sejħa għall-offerti hi maqsuma f'2 lottijiet, kif ġej: l-1 lott — tmexxija bankarja u riskju operazzjonali/l-immaniġġjar tal-kontroll; it-2 lott — ir-rappurtaġġ finanzjarju.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
04/08/2016 00:00
23/09/2016 23:59
30/09/2016 17:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
L-1 lott — tmexxija bankarja u riskju operazzjonali/l-immaniġġjar tal-kontroll
L-1 lott — tmexxija bankarja u riskju operazzjonali/l-immaniġġjar tal-kontroll Ix-xogħlijiet speċifiċi differenti se jkopru (i) il-proġetti ta' konsulenza, implimentazzjoni, reviżjoni, inġinerija mill-ġdid, u (ii) l-ittestjar irrelatat mal-oqsma tas-servizzi mniżżla hawn taħt: — il-metodoloġija tal-qafas ta' kontroll, — l-immaniġġjar tar-riskju operazzjonali, — soluzzjonijiet għall-applikazzjoni tal-qafas ta' kontroll, — l-awditjar tal-kontroll, — l-immappjar tar-riskju u l-kontroll, — id-definizzjoni ta' indikaturi tar-riskju ewlieni, — l-aqwa prattiki bankarji, — ir-regolazzjoni u l-konformità, — Sarbanes–Oxley, — id-Direttiva dwar il-Ħtieġa tal-Kapital/Basel, — ir-rappurtaġġ fuq il-kontroll (Stqarrija dwar Standards għal Xogħlijiet ta' Attestazzjoni (SSAE) Nru 16 jew qabel SAS 70 it-II tip), — is-sigurtà, il-kontrolli ġenerali u l-applikazzjonijiet tat-TI, — ISO, CobiT, ITIL, l-istandard ta' prattika tajba tal-Forum tas-Sigurtà tal-Informazzjoni.
Il-lott 2
It-2 lott — ir-rappurtaġġ finanzjarju
Servizzi ta' rappurtaġġ finanzjarju, inkluż oqsma bħall-: konsulenza ta' rappurtaġġ finanzjarju se tikkonsisti fil-provvista ta' pariri fuq it-twaqqif, l-immodifikar jew l-implimentazzjoni ta' oqsma taż-żamma tal-kontijiet taħt l-oqfsa taż-żamma tal-kontijiet bħad-direttivi tal-UE fuq iż-żamma tal-kontijiet, l-IFRS, ir-regoli fuq iż-żamma tal-kontijiet tal-KE jew oqfsa oħrajn li jkun sar ftehim fuqhom.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 149-269284
L-Avviż dwar il-Kuntratt
04/08/2016 00:00