Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti
Tagħrif
In-numru ta' referenza tas-sejħa għall-offerti
COMM/DG/AWD/2016/196.
It-titlu
L-ippjanar u x-xiri ta' spazju ta' reklamar għall-Parlament Ewropew.
Deskrizzjoni
L-iskop ta' din is-sejħa għall-offerti hu għall-ippjanar u x-xiri ta' spazju ta' reklamar fuq pjattaformi tal-midja soċjali, midja stampata, midja awdjoviżiva u billboards fuq barra.
It-Tip ta' Kuntratt
Servizzi
It-Tip ta' Proċedura
Proċedura Miftuħa
L-istatus
Magħluq
Ippubblikati fit-TED
Miri li Jridu Jintlaħqu
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED
13/08/2016 00:00
Id-Data tal-Għeluq tal-Mistoqsija
N/A
Id-Data tal-Għeluq tat-Tweġiba
N/A
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti
12/10/2016 23:59
Il-kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti (id-data)
26/10/2016 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott
It-titlu
Deskrizzjoni
Il-lott 1
Kampanji diġitali
Il-Parlament Ewropew hu attiv fuq tużżana pjattaformi ta' midja soċjali inkluż: Facebook, Twitter, LinkedIn, Instagram, Flickr, YouTube, Snapchat, Storify, Spotify, Reddit, Pinterest. Il-Parlament Ewropew jista' jkun jeħtieġlu jirreklama fuq: — 1 jew diversi mill-pjattaformi hawn fuq imsemmija, — midja onlajn, portali tal-aħbarijiet, websajts speċjalizzati, eċċ., — pjattaformi nazzjonali ta' midja soċjali (e.g., Draugiem fil-Latvja), — midja diġitali, pjattaformi u websajts li mhumiex magħrufa fil-mument li qed jinkitbu dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Il-Parlament Ewropew jeħtieġ dawn il-bżonnijiet biex ikun sodisfatt f'uħud mill-lingwi uffiċjali tal-UE jew kollha u għal uħud mill-Istati Membri tal-UE jew kollha, Potenzjalment il-kuntratt ikopri s-7 tipi ta' attivitajiet li ġejjin: 1. l-ippjanar tal-midja; 2. ix-xiri tal-midja; 3. il-produzzjoni/l-aġġustament ta' reklami; 4. l-immaniġġjar tal-ispazju tal-midja u l-awto-servizz; 5. il-monitoraġġ; 6. l-evalwazzjoni; 7. l-ippjanar strateġiku/avvanzat.
Il-lott 2
Kampanji integrati
Fil-qafas ta' kampanji ta' komunikazzjoni u proġetti ta' komunikazzjoni oħrajn, il-Parlament Ewropew juża diversi kanali ta' reklamar għall-promozzjoni tal-attivitajiet tiegħu: midja stampata (reklam stampat f'gazzetti ta' kuljum, fil-ġimgħa, fix-xahar, magażines, stampa speċjalizzata, katalgi professjonali, eċċ.); midja awdjoviżiva (p.e. TV, radju, eċċ.); reklami fuq midja soċjali diġitali/diġitali; iċ-ċinema (e.g., vidjows promozzjonali qosra, slajds promozzjonali, eċċ.); fuq barra (billboards/skrins, stazzjonijiet tal-ferrovija, ajruporti, trasport pubbliku lokali, midja oħra fuq barra, il-binjiet tal-Parlament Ewropew stess fi Brussell, Strasburgu u Lussemburgu kif ukoll l-Uffiċċji tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri (it-teknikalitajiet speċifiċi se jkunu pprovduti fuq talba). Skont il-ħtiġijiet tiegħu, il-Parlament Ewropew jirreklama f'xi wħud mill-Istati Membri tal-UE jew kollha, u f'xi lingwi uffiċjali jew kollha tal-UE. Potenzjalment il-kuntratt ikopri s-7 tipi ta' attivitajiet differenti li ġejjin: 1. l-ippjanar tal-midja; 2. ix-xiri tal-midja; 3. il-produzzjoni/l-aġġustament ta' reklami; 4. l-immaniġġar tal-mezzi tax-xandir; 5. il-monitoraġġ; 6. l-evalwazzjoni; 7. l-ippjanar strateġiku/avvanzat.
Avviżi
Ir-referenza
Tip ta’ avviż
Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 156-281957
L-Avviż dwar il-Kuntratt
13/08/2016 00:00