Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Qafas ta' kuntratt ta' servizz għal pariri legali fuq il-bini tal-EASA u s-servi...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Union Aviation Safety Agency (EASA)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
18/10/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
17/11/2016
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
EASA.2016.HVP.17.
Qafas ta' kuntratt ta' servizz għal pariri legali fuq il-bini tal-EASA u s-servizzi rrelatati.
L-EASA hija parti għall-ftehimiet għall-kiri ta' binja ta' uffiċċji u spazju ta' parkeġġ f'Kolonn (il-Ġermanja) u spazju ta' uffiċċju fi Brussell (il-Belġju). Teħtieġ pariri legali u appoġġ addizzjonali fl-immaniġġjar tal-kwistjonijiet legali kollha li jistgħu jinħolqu rigward is-sitwazzjoni tagħha ta' inkwilina u l-bini tal-Aġenzija. Il-kuntratt hu maqsum f'2 lottijiet. Għajnuna hi meħtieġa b'mod partikolari fl-oqsma tal-liġi Ġermaniża (l-1 lott) jew Belġjana (it-2 lott) dwar il-bini kummerċjali, il-liġi tal-kera, il-liġi tat-taxxa rrelatata mal-kirjiet, il-liġi kuntrattwali, l-appoġġ prekontenzjuż u għal-litigazzjoni.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
18/10/2016 00:00
17/11/2016 17:00
24/11/2016 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Pariri legali fuq il-bini tal-EASA u servizzi rrelatati (il-liġi Ġermaniża)
L-EASA hija parti għall-ftehimiet għall-kiri ta' binja ta' uffiċċji u spazju ta' parkeġġ f'Kolonn (il-Ġermanja). Teħtieġ pariri legali u appoġġ addizzjonali fl-immaniġġjar tal-kwistjonijiet legali kollha li jistgħu jinħolqu rigward is-sitwazzjoni tagħha ta' inkwilina u l-bini tal-Aġenzija. Għajnuna, pariri u — jekk ikun hemm il-ħtieġa — rappreżentanza tal-Aġenzija hi meħtieġa b'mod partikolari fl-oqsma tal-liġi tal-proprjetà kummerċjali, il-liġi tal-kirjiet, il-liġi tat-taxxa rrelatata mal-kiri, il-liġi kuntrattwali, l-appoġġ għal qabel il-litigazzjoni u għal waqt il-litigazzjoni.
Il-lott 2
Pariri legali fuq il-bini tal-EASA u servizzi rrelatati (il-liġi Belġjana)
L-EASA hija parti mill-ftehim għal spażju ta' uffiċċju fi Brussell (il-Belġju). Teħtieġ pariri legali u appoġġ addizzjonali fl-immaniġġjar tal-kwistjonijiet legali kollha li jistgħu jinħolqu rigward is-sitwazzjoni tagħha ta' inkwilina u l-bini tal-Aġenzija. Għajnuna hi meħtieġa b'mod partikolari fl-oqsma tal-liġi Belġjana (it-2 lott) dwar il-bini kummerċjali, il-liġi tal-kera, il-liġi tat-taxxa rrelatata mal-kirjiet, il-liġi kuntrattwali, l-appoġġ qabel il-litigazzjoni u għal-litigazzjoni.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 201-362354
L-Avviż dwar il-Kuntratt
18/10/2016 00:00