Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Sistema ta' informazzjoni assigurata tal-affarijiet soċjali (CASIS) - żvilupp ta...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG Employment, Social Affairs and Inclusion (EMPL)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
22/02/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
05/04/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
VT/2016/073.
Sistema ta' informazzjoni assigurata tal-affarijiet soċjali (CASIS) - żvilupp ta' sistema ta' informazzjoni u servizzi ta' appoġġ għall-affarijiet soċjali u l-inklużjoni.
Żvilupp ta' sistema ta' informazzjoni u servizzi ta' appoġġ għall-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni (CASIS). L-għan ta' din is-sejħa għall-offerti hu l-ksib ta' servizzi esterni tat-TI għall-iżvilupp u s-servizzi ta' appoġġ fil-kuntest tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni. Is-servizzi jinkludu, inter alia, l-adattament u/jew l-integrazzjoni ta' sistemi u prodotti eżistenti u jinvolvu attivitajiet kif deskritti għal kull lott. L-1 lott jikkonċerna l-iżvilupp ta' sistemi ta' informazzjoni, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tagħhom. It-2 lott jikkonċerna s-servizzi ta' appoġġ għal sistemi ta' informazzjoni, inkluż l-ittestjar, l-għajnuna lill-utent u l-konsulenza. Jista' jikkonċerna t-tipi kollha ta' sistemi ta' informazzjoni tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-oqsma kollha rrelatati mal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
22/02/2017 00:00
30/03/2017 16:00
31/03/2017 00:00
05/04/2017 16:00
18/04/2017 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 L-iżvilupp ta' sistema ta' informazzjoni (fuq is-sit u mhux fuq is-sit) Is-servizz jista' jitwettaq mill-persunal tal-kuntrattur jew fil-bini tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt jew barra l-bini tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, fuq il-bażi ta' prezz fiss jew il-ħin u l-mezzi kkwotati jew il-ħin u l-mezzi ta' prossimità jew ordnijiet tal-ħin u mezzi. Jikkonċerna l-iżvilupp tas-sistemi tal-informazzjoni, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tagħhom. Jista' jikkonċerna t-tipi kollha ta' sistemi ta' informazzjoni tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għall-oqsma kollha rrelatati mal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni. Eżempji tipiċi huma: — l-applikazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta u tal-immaniġġjar tal-informazzjoni, — l-immudellar tad-dejta, — l-immaniġġar tal-fluss tax-xogħol u tan-negozju, — l-applikazzjonijiet tal-intelliġenza dwar in-negozju, — il-post fejn tinħażen id-dejta. Jista' jikkonċerna wkoll applikazzjonijiet antiki li ntirtu u żviluppi ta' softwer b'sors miftuħ (OSS).
Il-lott 2 Servizzi ta' appoġġ tas-sistema ta' informazzjoni (fuq is-sit u mhux fuq is-sit) Is-servizz jista' jitwettaq mill-persunal tal-kuntrattur jew fil-bini tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt jew barra l-bini tal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt, fuq il-bażi ta' prezz fiss jew il-ħin u l-mezzi kkwutati jew il-ħin u l-mezzi ta' prossimità jew ordnijiet tal-ħin u l-mezzi. Jikkonċerna s-servizzi ta' appoġġ għal sistemi ta' informazzjoni, inkluż l-ittestjar, l-għajnuna lill-utent u l-konsulenza. Jista' jikkonċerna t-tipi kollha ta' sistemi ta' informazzjoni u l-oqsma kollha rrelatati mal-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt għad-DĠ tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni kif ukoll programmi oħra ta' ffinanzjar tal-KE. Dan jinkludi s-servizzi li ġejjin: — il-kwalità u l-verifika tas-SI (Sistema tal-Informazzjoni), — is-sigurtà tas-SI, — l-analiżi tal-ħtiġijiet tas-SI, — l-istudji speċifiċi dwar is-SI, — l-arkitettura tal-intrapriża, — l-għajnuna għall-utent, — l-amministrazzjoni (minbarra l-amministrazzjoni tas-sistema teknika u x-xogħol iddedikat biex tiddaħħal id-dejta jew is-servizzi operazzjonali li m'għandhomx x'jaqsmu mal-informatika), — il-koordinazzjoni.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 037-066332 L-Avviż dwar il-Kuntratt 22/02/2017 00:00