Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Provvista ta' persunal speċifiku (biex iwettaq doveri ta' lqugħ, gwida u segreta...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Parliament, DG Communication (COMM)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
29/03/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
03/05/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
COMM/DG/AWD/2017/170.
Provvista ta' persunal speċifiku (biex iwettaq doveri ta' lqugħ, gwida u segretarjali) għall-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, qed iniedi din l-istedina għall-offerti fejn tidħol il-provvista ta' persunal speċifiku (biex iwettaq doveri ta' lqugħ, gwida u segretarjali) sabiex jimmaniġġja, jilqa' u jakkumpanja viżitaturi individwali jew gruppi tagħhom fil-binjiet differenti tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
29/03/2017 00:00
Ma jgħoddx
Ma jgħoddx
03/05/2017 12:00
10/05/2017 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Il-provvista ta' persunal ta' lqugħ u servizzi segretarjali għall-Parlamentarium fi Strasburgu Il-Parlament Ewropew jixtieq li jkollu persunal disponibbli biex jilqa' lin-nies sabiex jimmaniġġjaw in-numru dejjem jikber ta' talbiet għal żjajjar. Dan sejjer jinvolvi 2 membri permanenti tal-persunal, li jistgħu jaslu sa 5 persuni tal-persunal biex jilqgħu lin-nies skont l-iskeda tal-viżitaturi rreġistrati, u segretarja 1 responsabbli partikolarment għall-immaniġġjar tal-iskeda taż-żjajjar. Il-kuntrattur qed jintalab biex jipprovdi lill-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu bil-persunal li jilqa' lin-nies sabiex jimmaniġġja lill-viżitaturi li jkunu rreġistraw minn qabel u jipprovdilhom l-informazzjoni matul iż-żjara ssettjata, speċjalment fis-sit tal-Parlamentarium fi Strasburgu.
Il-lott 2 Provvista ta' persunal/gwidi biex jilqgħu lin-nies u servizzi ta' lqugħ għall-'European Union Visitors Programme' u programmi ta' żjajjar 'Visits and Seminars' fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu It-2 lott ikopri l-ħtiġijiet f'termini ta' servizzi ta' persunal li jilqa' lill-viżitaturi, dawk li jagħmlu x-xogħol ta' lqugħ u l-gwidi bħala parti miż-2 programmi t'hawn taħt: 1. 'European Union Visitors Programme' (EUVP); 2. 'Visits and Seminars' tal-Parlament Ewropew (VISSEM). Minn Jannar tal-2018, il-kuntrattur se jintalab biex jipprovdi lill-EUVP tal-Parlament Ewropew u lill-unitajiet tal-VISSEM bil-persunal li jilqa' lill-viżitaturi, dawk ta' lqugħ u gwidi biex jimmaniġġjaw lill-gruppi li jkunu qed iżuru matul il-ġimgħat tas-sessjonijiet parlamentari fi Strasburgu. Għall-EUVP, il-kuntrattur se jipprovdi gwidi/persunal li jilqa' lin-nies biex jimmaniġġja l-programmi differenti ta' studju individwali ta' uffiċjali ta' livell għoli minn barra l-UE, jiggwidhom fil-laqgħat numerużi tagħhom, kif ukoll jurihom u jispjegalhom kif jaċċessaw u jagħmlu użu mis-servizzi differenti. Għall-VISSEM, il-kuntrattur se jintalab biex jipprovdi persunal li jilqa' lill-viżitaturi biex jakkumpanjaw viżitaturi individwali tal-VISSEM u parteċipanti ta' gruppi ta' viżitaturi fil-binja Louise Weiss (LOW) tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Il-persunal jista' jintalab biex jimmaniġġja numru konsiderevoli ta' gruppi (sa 80 waqt is-sessjonijiet fejn ikun hemm ħafna gruppi).
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 062-115369 L-Avviż dwar il-Kuntratt 29/03/2017 00:00