Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Miżuri biex tiġi sostnuta l-azzjoni ta' tħejjija BEST għall-promozzjoni tal-kons...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG ENV+CLIMA
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
14/05/2013
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
02/09/2013
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
ENV.B.2/SER/2013/0020.
Miżuri biex tiġi sostnuta l-azzjoni ta' tħejjija BEST għall-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità u servizzi tal-ekosistema fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-UE u l-pajjiżi u t-territorji barra...
Il-kuntratt iħares biex iwaqqaf struttura/pjattaforma li se tippermetti u tħaffef it-tqassim tat-tagħrif fuq id-disponibbiltà tal-iffinanzjar minn sorsi differenti (il-KE iżda wkoll l-iSM u msieħba possibbli oħra — minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali sa OMG sa negozji) għal proġetti mmirati għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tas-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistema fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-UE u l-pajjiżi u t-territorji barra l-pajjiż. Din l-istruttura/pjattaforma se tagħmel it-tagħrif disponibbli bejn il-fornituri tal-finanzi u dawk possibbli li jimplimentaw il-proġetti, kif ukoll biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' appoġġ meħtieġa inkluż profili tal-ekosistema reġjonali.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
14/05/2013 00:00
Ma jgħoddx
02/09/2013 16:00
16/09/2013 10:30
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
It-twaqqif u t-tħaffif tal-pjattaforma interattiva
L-1 lott — it-twaqqif u t-tħaffif tal-pjattaforma interattiva jinkludi x-xogħlijiet li ġejjin: it-twaqqif tat-tim tax-xogħol BEST appoġġjat minn ċentri reġjonali tal-għerf u l-immaniġġjar tas-sit tal-Internet interattiv, it-twaqqif ta' kumitat ta' tmexxija u l-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' kumitat ta' tmexxija darbtejn fis-sena, jippermetti u jħaffef it-tqassim ta' tagħrif fuq id-disponibbiltà tal-fondi, l-influwenza tal-fondi u l-involviment, u l-iżvilupp ta' strateġiji BEST f'kollaborazzjoni mill-viċin ma' attivitajiet li għadhom għaddejjin, ma' gvernijiet lokali u reġjonali u komunitajiet u s-soċjetà ċivili.
Il-lott 2
L-iżvilupp ta' profili ta' ekosistemi reġjonali
It-2 lott — l-iżvilupp ta' profili tal-ekosistema reġjonali jinkludi inventarju ta' profili tal-ekosistema li hemm fuq livell lokali jew reġjonali, fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-UE u pajjiżi u territorji barra l-pajjiż, u xogħol li jibqa' għaddej f'dak li għandu x'jaqsam ma' profili tal-ekosistemi reġjonali biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol u jsiru sinerġiji b'attivitajiet rilevanti li jibqgħu għaddejjin, it-twaqqif ta' profili ta' ekosistemi reġjonali bl-għajnuna ta' atturi lokali, appoġġjati miċ-ċentri reġjonali ta' għarfien li se jitwaqqfu fl-1 lott u f'kollaborazzjoni mill-viċin bix-xogħol li hemm u li jibqa' għaddej.It-twaqqif ta' profili ta' ekosistema reġjonali għandu jkun koordinat b'mod effettiv biex tiġi żgurata l-kwalità sħiħa u jsir it-tagħlim reċiproku u t-tpartit tal-aħjar prattika. Għal offerti li jkopru l-1 lott u t-2 lott, din il-koordinazzjoni se titwettaq mit-tim BEST imwaqqaf fl-1 lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2013/S 092-155802
L-Avviż dwar il-Kuntratt
14/05/2013 00:00