Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servej statistiku dwar l-użu tal-art/il-firxa ta' rqajja' tal-art (LUCAS) għall-...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG EUROSTAT
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
29/06/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
23/07/2021
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
ESTAT/E/2017/010.
Servej statistiku dwar l-użu tal-art/il-firxa ta' rqajja' tal-art (LUCAS) għall-2018 - servej agro-ambjentali: xogħol fuq il-post, għajnuna teknika u kontroll tal-kwalità.
Din l-istedina għall-offerti tkopri l-għoti ta' servizzi biex jappoġġjaw u jimplimentaw il-LUCAS (servej statistiku dwar l-użu tal-art/il-firxa ta' rqajja' tal-art) servej għall-2018, sabiex titjieb id-disponibbiltà u l-kwalità tal-istatistika dwar l-użu tal-art/il-firxa ta' rqajja' tal-art. Ix-xogħlijiet ewlenin huma (i) servej 'in situ'; (ii) kampanja tal-interpretazzjoni tar-ritratti; (iii) post fejn tingħata l-għajnuna, għajnuna teknika u kontroll estern tal-kwalità; (iv) iħħostjar, manutenzjoni u post fejn tingħata l-għajnuna għall-għodda tat-TI dwar il-ġbir tad-dejta; (v) taħriġ u post fejn tingħata l-għajnuna għall-modulu tal-mergħat u servej sħiħ tal-veġetazzjoni. — Għal-lottijiet 1 sa 5, l-ammont indikat fit-II.2.6) hu l-ammont massimu għat-tul taż-żmien sħiħ tal-kuntratt. — Għal-lottijiet 6 sa 9, l-ammont indikat fit-II.2.6) hu l-valur totali stmat għat-tul taż-żmien sħiħ tal-kuntratt.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
29/06/2017 00:00
23/07/2021 04:10
05/09/2017 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
LUCAS 2018 — is-servejs fl-Irlanda u r-Renju Unit
L-objettivi tal-1 lott huma l-preparazzjoni tas-servej għal-LUCAS 2018, biex tinġabar dejta dwar il-firxa ta' rqajja' tal-art, l-użu tal-art u kwistjonijiet agro-ambjentali magħżula, permezz ta' żjarat fuq il-post u permezz tal-interpretazzjoni tar-ritratti u biex tiġi kkontrollata din id-dejta fl-uffiċċju. Fl-1 lott tas-servej tal-LUCAS għall-2018, hemm total ta' 22 228 punt biex jiġu vvalutati. Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti għal aktar dettalji.
Il-lott 2
LUCAS 2018 — is-servejs fil-Belġju, Spanja, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands, u l-Portugall
L-objettivi tat-2 lott huma l-preparazzjoni tas-servej għal-LUCAS tal-2018, biex tinġabar dejta dwar il-firxa ta' rqajja' tal-art, l-użu tal-art u kwistjonijiet agro-ambjentali magħżula, permezz ta' żjarat fuq il-post u permezz tal-interpretazzjoni tar-ritratti u biex tiġi kkontrollata din id-dejta fl-uffiċċju. Fit-2 lott tas-servej tal-LUCAS għall-2018, hemm total ta' 109 707 punti biex jiġu vvalutati. Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti għal aktar dettalji.
Il-lott 3
LUCAS 2018 — is-servejs fl-Awstrija, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Ungerija
L-objettivi tat-3 lott huma t-tħejjija tas-servej għall-LUCAS 2018, biex tinġabar dejta dwar il-firxa ta' rqajja' tal-art, l-użu tal-art u kwistjonijiet agro-ambjentali magħżula, permezz ta' żjarat fuq il-post u permezz tal-interpretazzjoni tar-ritratti u biex tiġi kkontrollata din id-dejta fl-uffiċċju. Fit-3 lott tas-servej tal-LUCAS 2018, hemm total ta' 113 558 punt biex jiġu vvalutati. Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti għal aktar dettalji.
Il-lott 4
LUCAS 2018 — servejs fil-Finlandja u l-Iżvezja
L-objettivi tar-4 lott huma l-preparazzjoni tas-servej għal-LUCAS 2018, biex tinġabar dejta dwar il-firxa ta' rqajja' tal-art, l-użu tal-art u kwistjonijiet agro-ambjentali magħżula, permezz ta' żjarat fuq il-post u permezz tal-interpretazzjoni tar-ritratti u biex tiġi kkontrollata din id-dejta fl-uffiċċju. Fir-4 lott is-servej tal-LUCAS 2018, hemm total ta' 42 891 punt biex jiġu vvalutati. Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti għal aktar dettalji.
Il-lott 5
LUCAS 2018 — servejs f'Ċipru, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja, Malta u s-Slovenja
L-objettivi tal-5 lott huma t-tħejjija tas-servej għal-LUCAS tal-2018, biex tinġabar dejta dwar il-firxa ta' rqajja' tal-art, l-użu tal-art u kwistjonijiet agro-ambjentali magħżula, permezz ta' żjarat fuq il-post u permezz tal-interpretazzjoni tar-ritratti u biex tiġi kkontrollata din id-dejta fl-uffiċċju. Fil-5 lott tas-servej tal-LUCAS 2018, hemm total ta' 49 471 punt biex jiġu vvalutati. Ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti għal aktar dettalji.
Il-lott 6
LUCAS 2018 — għajnuna teknika u kontroll tal-kwalità
L-objettivi tas-6 lott huma biex: (i) jipprepara t-tnedija tas-servej LUCAS għall-2018; (ii) jipprovdi taħriġ lill-maniġers tal-proġett tal-lottijiet 1 sa 5 u s-servejs u għall-maniġer tal-proġett tat-8 lott, b'koordinazzjoni mal-kuntrattur tas-7 lott u mal-Kummissjoni sa fejn għandu x'jaqsma t-taħriġ tas-servej fuq il-mergħat LUCAS; (iii) jipprovdi għajnuna teknika u servizzi għall-kontroll tal-kwalità lill-Kummissjoni u l-kuntratturi tas-servejs (il-lottijiet 1 sa 5) li jwettqu s-servej LUCAS fl-2018. F'dan il-lott is-servizzi għall-kontroll tal-kwalità tad-dejta jkopru l-verifika tal-kwalità tad-dejta miġbura fis-servejs fuq il-post tal-LUCAS għall-2018 u l-kampanja tal-interpretazzjoni tar-ritratti mwettqa mill-kuntratturi tal-lottijiet 1 sa 5. Jekk jogħġbok innota li ż-żmien tax-xogħlijiet kollha f'dan il-lott se jiddependi ħafna fuq il-progress fil-lottijiet 1 sa 5, li minn naħa tagħhom se jiddependu fuq il-kundizzjonijiet kuntrattwali u klimatiċi. Minn numru totali ta' punti vvalutati mil-lottijiet 1 sa 5 (punti 'in situ' u punti tal-interpretazzjoni tar-ritratti) il-kuntrattur tas-6 lott se jwettaq il-kontrolli li ġejjin: — ivverifikar sa massimu ta' 10 000 punt tal-interpretazzjoni tar-ritratti 'in situ', — verifika ta' 76 660 punt li kienu aċċessati fil-qasam, — verifika addizzjonali ta' 20 000 stampa għall-anonimizzazzjoni, — verifika ta' 25 000 punt mill-kampanja tal-interpretazzjoni tar-ritratti.
Il-lott 7
LUCAS 2018 — DMT — iħħostjar, manutenzjoni u post fejn tingħata l-għajnuna
L-objettivi tas-7 lott tal-LUCAS 2018 huma biex: (i) jiħħostja l-infrastruttura tat-TI għad-dħul tad-dejta, il-ħażna ċentrali u l-immaniġġjar ta' dejta u l-fluss ta' fajls fi ħdan id-diversi livelli tas-servej LUCAS 2018; (ii) jiggarantixxi għajnuna teknika u post fejn tingħata l-għajnuna dwar LUCAS DMT 2018 għat-tul ta' żmien tas-servejs LUCAS 2018 (minn Jannar tal-2018 sa Ġunju tal-2019). L-infrastruttura se tkun użata minn madwar 700 servejer u 200 kontrollur tal-kwalità f'uffiċċji reġjonali u/jew ċentrali sa 28 pajjiż Ewropew (il-lottijiet 1 sa 5), minn kontrolluri esterni tal-kwalità (is-6 lott) u mill-Kummissjoni Ewropea. Fis-servej tal-LUCAS għall-2018, hemm total ta' 337 855 punt biex jiġu vvalutati. Bejn 200 000 u 249 999 punt se jkunu vvalutati 'in situ'. Il-punti li jkun għad fadal għandhom ikunu vvalutati permezz tal-interpretazzjoni tar-ritratti. Infrastruttura tat-TI u l-komunikazzjonijiet xierqa hija meħtieġa biex takkomoda l-ħażna u t-trasmissjoni ta' dejta u fajls għall-pajjiżi kollha. L-għajnuna teknika tinkludi appoġġ u manutenzjoni korrettiva.
Il-lott 8
LUCAS 2018 — taħriġ u post fejn tingħata l-għajnuna għall-modulu speċifiku dwar il-mergħat tal-LUCAS 2018.
L-objettivi tat-8 lott huma: (i) taħriġ fuq il-modulu tal-mergħat LUCAS għas-superviżuri u s-servejers tal-lottijiet 1 sa 5 li se jseħħ fil-pajjiżi; (ii) post fejn tingħata l-għajnuna speċifikament għall-modulu tal-mergħat LUCAS attiv matul il-perijodu rilevanti għal din il-valutazzjoni. In-numru ta' taħriġ tal-mergħat għal kull lott hu: 2 għall-1 lott, 8 għat-2 lott, 10 għat-3 lott, 3 għar-4 lott, 5 għall-5 lott. Id-dejta attwali tat-taħriġ għandha tkun ikkordinata mal-lottijiet 1 sa 5. taħriġ 1 idum mill-inqas nofs ġurnata.
Il-lott 9
LUCAS 2018 — servej sħiħ tal-veġetazzjoni
Minħabba l-fatt li l-modulu tal-mergħat LUCAS huwa żvilupp ġdid hu meħtieġ li tkun ivvalutata l-kwalità tal-ġbir tad-dejta matul l-implimentazzjoni tal-modulu tal-mergħat LUCAS permezz ta' servej sħiħ tal-veġetazzjoni, magħmul mill-esperti tal-mergħat. Din il-valutazzjoni se sseħħ b'mod parallel mas-servej LUCAS 2018 fuq kampjun sekondarju tal-punti fejn il-valutazzjoni tal-mergħat LUCAS isseħħ ftit wara li s-servejer LUCAS ikun ivvaluta l-punt tal-LUCAS. Huwa mistenni li espert tal-mergħat iżur 3 punti kull ġurnata bħala medja, permess li d-distanza bejn iż-żoni differenti tista' tkun importanti. In-numru totali tal-punti tal-mergħat li għandu jittieħed kampjun minnhom hu ta' 747.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 122-246620
L-Avviż dwar il-Kuntratt
29/06/2017 00:00