Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti
Tagħrif
In-numru ta' referenza tas-sejħa għall-offerti
OIL.06/PO/2017/024.
It-titlu
Verifiki fejn tidħol is-saħħa.
Deskrizzjoni
Taħt dan il-kuntratt l-għan hu li jitwettqu verifiki tas-saħħa u verfiki tal-iġjene fil-binjiet okkupati, jew li se jkunu okkupati, taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika — Lussemburgu (OIL) fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Dan il-kuntratt jikkomprendi 4 lottijiet: — l-1 lott: spezzjoni tal-kwalità tas-saħħa tal-prodotti tal-ikel, — it-2 lott: spezzjoni tal-kwalità tas-saħħa tal-ilma, — it-3 lott: spezzjoni vis-à-vis l-iġjene tal-bini u t-tagħmir (l-uċuħ), il-kwalità tal-arja tal-madwar fis-servizzi tal-forniment tal-ikel u l-kwalità tas-saħħa tar-ramel, — ir-4 lott: il-verifiki tal-iġjene.
It-Tip ta' Kuntratt
Servizzi
It-Tip ta' Proċedura
Proċedura Miftuħa
L-istatus
Magħluq
Ippubblikati fit-TED
Miri li Jridu Jintlaħqu
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED
04/05/2017 00:00
Id-Data tal-Għeluq tal-Mistoqsija
N/A
Id-Data tal-Għeluq tat-Tweġiba
N/A
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti
03/08/2021 10:55
Il-kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti (id-data)
15/06/2017 11:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott
It-titlu
Deskrizzjoni
Il-lott 1
Verifiki tas-saħħa — spezzjoni tal-kwalità tas-saħħa tal-prodotti tal-ikel
L-I punt: l-ispezzjoni tal-kwalità tas-saħħa tal-prodotti tal-ikel ibbażata fuq programm stabbilit ta' verifiki. Il-punt II: kwalunkwe verifiki addizzjonali li se jitwettqu. It-III punt: għajnuna teknika li se tkun ipprovduta lill-istituzzjonijiet: għajnuna bit-telefown (III.1), għajnuna li teħtieġ preżenza fuq is-sit (III.2), servizzi oħrajn irrelatati (III.3).
Il-lott 2
Verifiki tas-saħħa — spezzjoni tal-kwalità tas-saħħa tal-ilma
L-I punt: l-ispezzjoni tal-kwalità tas-saħħa tal-ilma ibbażata fuq programm stabbilit ta' verifiki. Il-punt II: kwalunkwe verifiki addizzjonali li se jitwettqu. It-III punt: għajnuna teknika li se tkun ipprovduta lill-istituzzjonijiet: għajnuna bit-telefown (III.1), għajnuna li teħtieġ preżenza fuq is-sit (III.2), servizzi oħrajn irrelatati (III.3).
Il-lott 3
Il-verifiki tas-saħħa — spezzjoni vis-à-vis l-iġjene tal-bini u t-tagħmir (l-uċuħ), il-kwalità tal-arja tal-madwar fis-servizzi tal-forniment tal-ikel u l-kwalità tas-saħħa tar-ramel.
L-I punt: spezzjoni, ibbażata fuq programm stabbilit ta' verifiki, vis-à-vis l-iġjene tal-bini u t-tagħmir (l-uċuħ), il-kwalità tal-arja tal-madwar fis-servizzi tal-forniment tal-ikel u l-kwalità tas-saħħa tar-ramel. Il-punt II: kwalunkwe verifiki addizzjonali li se jitwettqu. It-III punt: għajnuna teknika li se tkun ipprovduta lill-istituzzjonijiet: għajnuna bit-telefown (III.1), għajnuna li teħtieġ preżenza fuq is-sit (III.2), servizzi oħrajn irrelatati (III.3).
Il-lott 4
Il-verifiki tal-iġjene.
L-ivverifikar li pjan tal-iġjene ġie implimentat fis-servizzi tal-forniment tal-ikel, l-abbozzar tar-rapporti ta' verifika flimkien mar-rakkomandazzjonijiet u l-pjanijiet ta' azzjoni; il-monitoraġġ tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-osservazzjonijiet minn verifiki li saru qabel.
Avviżi
Ir-referenza
Tip ta’ avviż
Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 086-167188
L-Avviż dwar il-Kuntratt
04/05/2017 00:00