Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Il-provvista ta' servizzi statistiċi fil-metodoloġija tal-istatistika.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG EUROSTAT
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
12/08/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
16/10/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
ESTAT/B/2017/017.
Il-provvista ta' servizzi statistiċi fil-metodoloġija tal-istatistika.
Din l-istedina għall-offerti tkopri attivitajiet irrelatati mal-'provvista ta' servizzi statistiċi fil-metodoloġija tal-istatistika'. Is-servizzi statistiċi li huma s-suġġett ta' din l-istedina għall-offerti huma maqsuma fil-lottijiet li ġejjin: l-1 lott: l-appoġġ metodoloġiku; it-2 lott: il-post mnejn tingħata għajnuna metodoloġika; it-3 lott: l-għajnuna teknika fil-metodoloġija tal-istatistika.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
12/08/2017 00:00
16/10/2017 16:30
24/10/2017 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
L-appoġġ metodoloġiku
L-objettiv ewlieni tal-lott 'Appoġġ metodoloġiku' hu li jipprovdi appoġġ metodoloġiku fl-oqsma statistiċi kollha mill-iddisinjar tal-proċess sat-tixrid tad-dejta. X'aktarx, fl-4 snin li ġejjin se titpoġġa emfasi fuq oqsma statistiċi rrelatati mal-validazzjoni tad-dejta, l-analitika tad-dejta, il-ivviżwalizzar/it-tixrid tad-dejta u metodi ġodda għal integrazzjoni ta' sorsi ġodda ta' dejta (p.e.: dejta kbira jew statistika intelliġenti). Il-volum tas-suq totali għall-1 lott huwa stmat għal tul ta' 3 200 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li jiġu daqs 12 800 jum f'xogħol ta' bniedem matul iż-żmien massimu tal-kuntratt (4 snin).
Il-lott 2
Il-post mnejn tingħata għajnuna metodoloġika
L-objettiv ewlieni tal-lott 'Post mnejn tingħata l-għajnuna metodoloġika' hu li jipprovdi appoġġ metodoloġiku fl-oqsma statistiċi kollha mill-iddisinjar tal-proċess sat-tixrid tad-dejta. Dan il-lott ikopri wkoll l-appoġġ lill-valutazzjoni tal-kwalità mill-Eurostat ta' proċessi tal-produzzjoni tal-istatistika, l-evalwazzjoni tal-oġġetti li jridu jiġu kkunsinnati tal-proġett tal-ESSnet, u t-tqajjim ta' kuxjenza u l-ikkowċjar dwar metodi u għodod statistiċi kurrenti u ġodda. Il-volum totali tas-suq għat-2 lott huwa stmat għal tul ta' 600 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li jiġu daqs 2 400 jum f'xogħol ta' bniedem matul iż-żmien tal-kuntratt (4 snin).
Il-lott 3
L-għajnuna teknika fil-metodoloġija tal-istatistika
L-objettiv ewlieni tal-lott 'Għajnuna teknika fil-metodoloġija tal-istatistika' hu li jipprovdi għajnuna teknika fil-metodoloġija tal-istatistika lill-Kummissjoni Ewropea fl-oqsma statistiċi kollha. Il-volum totali tas-suq għat-3 lott huwa stmat għal tul ta' 850 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li jiġu daqs 3 400 jum f'xogħol ta' bniedem matul iż-żmien massimu tal-kuntratt (4 snin).
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 154-318464
L-Avviż dwar il-Kuntratt
12/08/2017 00:00