Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Xiri ta' tagħmir/provvisti tas-sigurtà għal 3 postijiet tax-xogħol tal-Parlament...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Parliament, DG Security and Safety (SAFE)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
30/08/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
06/10/2017
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
EP/DGSAFE/FOUR/2017-009.
Xiri ta' tagħmir/provvisti tas-sigurtà għal 3 postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew (Brussell, Lussemburgu, Strasburgu).
Is-suġġett tal-kuntratt hu l-provvista ta' oġġetti tas-sigurtà għall-Parlament Ewropew (minn issa 'l quddiem 'il-Parlament') fi Brussell, Strasburgu u Lussemburgu. L-oġġetti huma intenzjonati għal uffiċjali tas-sigurtà u aġenti tas-sigurtà, neċessarji għat-twettiq tax-xogħlijiet tagħhom u skopijiet irrelatati ta' taħriġ.
Provvisti
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
30/08/2017 00:00
06/10/2017 12:00
13/10/2017 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Tagħmir u provvisti tas-sigurtà
2 settijiet ta' prodotti għandhom ikunu fornuti taħt il-lott, oġġetti mandatorji u mhux mandatorji. L-oġġetti mandatorji huma l-oġġetti li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt teħtieġ li jkunu pprovduti skont il-karatteristiċi tekniċi deskritti fl-Anness I għall-'iSpeċifikazzjonijiet' (tagħmir tat-tifi tan-nar, ħarsien personali, strumenti tal-kejl, ħażna, loġistika u oġġetti ta' sinjali, għodod, oġġetti ta' taħriġ fl-għoti tal-ewwel għajnuna u oħrajn). L-oġġetti mhux mandatorji huma l-oġġetti li l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom mhumiex iddefiniti fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti, iżda jaqgħu taħt il-kategorija tal-lott. Dawn l-oġġetti se jkunu ordnati minn katalgu tal-kuntrattur. Għal tagħrif, oġġetti mhux mandatorji li għandhom ikunu inklużi fil-katalgu għandhom ikunu: mannara, pala tas-silġ, xkupa, sellum żgħir, ġeneratur tal-elettriku, projetturi li jinġarru, dawk ta' 24V biex ikun użat f'ambjent umdu, kabinetti tas-sigurtà u l-ħażna, flokkijiet b'viżibilià għolja b'kuluri varji u stampati b'mod ippersonalizzat, oġġetti li jintużaw għall-kitt tal-ewwel għajnuna, oġġetti li jintużaw għall-kitt użat fit-taħriġiet tal-ewwel għajnuna u tagħmir u provvisti tas-sigurtà.
Il-lott 2
Tagħmir u provvisti tas-sigurtà
2 settijiet ta' prodotti għandhom ikunu fornuti taħt il-lott, oġġetti mandatorji u mhux mandatorji. L-oġġetti mandatorji huma l-oġġetti li l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt teħtieġ li jkunu pprovduti skont il-karatteristiċi tekniċi deskritti fl-Anness I għall-'iSpeċifikazzjonijiet' (siġilli, mirja tal-ispezzjonijiet, biċċiet li jeħlu mal-widnejn għall-komunikazzjoni bir-radju, tagħmir protettiv u għat-taħriġ fl-isports kumbattiv, torċlajt, għodod u oħrajn). L-oġġetti mhux mandatorji huma l-oġġetti li l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom mhumiex iddefiniti fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti, iżda jaqgħu taħt il-kategorija tal-lott. Dawn l-oġġetti se jkunu ordnati minn katalgu tal-kuntrattur. Għal tagħrif, oġġetti mhux mandatorji li għandhom ikunu inklużi fil-katalgu għandhom ikunu: basktijiet li jissakkru biż-żipp, ditekters tal-metall li jinżammu fl-idejn, provvisti għal sports kumbattiv u tagħmir u provvisti oħrajn tas-sigurtà.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 165-339180
L-Avviż dwar il-Kuntratt
30/08/2017 00:00