Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Provvista ta' persunal li jilqa' n-nies u ta' servizzi ta' gwida għall-Parlament...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Parliament, DG Communication (COMM)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
25/07/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
28/09/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
COMM/DG/AWD/2017/765.
Provvista ta' persunal li jilqa' n-nies u ta' servizzi ta' gwida għall-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, qiegħed iniedi din l-istedina għall-offerti għall-provvista ta' persunal li jilqa' n-nies u servizzi ta' gwida sabiex jilqgħu u jakkumpanjaw viżitaturi individwali jew gruppi tagħhom fil-binjiet differenti tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
25/07/2017 00:00
28/09/2017 12:00
10/10/2017 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Provvista ta' persunal li jilqa' n-nies u ta' servizzi ta segretarjali għall-Parlamentarium fi Strasburgu Għall-1 lott: l-inawgurazzjoni tal-Parlamentarium fi Strasburgu se tagħmel iż-żjarat proposti iżjed attraenti u jżid b'mod sinifikanti n-numru ta' viżitaturi. Taħt din l-istedina għall-offerti, l-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu qiegħed ifittex għal kuntrattur li se jkun responsabbli biex jimpjega persunal sabiex jilqa' n-nies u segretarju/a: — 2 membri permanenti tal-persunal, li jistgħu jkunu sa 5 membri tal-persunal li jilqa' n-nies fuq l-iskeda ta' viżitaturi rreġistrati, — u segretarju 1 responsabbli partikolaremnt għall-immaniġġjar tal-iskeda taż-żjarat.
Il-lott 2 Provvista ta' persunal/gwidi biex jilqgħu lin-nies u servizzi ta' lqugħ għall-'European Union Visitors Programme' u programmi ta' żjajjar 'Visits and Seminars' fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu It-2 lott ikopri l-ħtiġijiet f'termini ta' servizzi ta' persunal li jilqa' lill-viżitaturi, dawk li jagħmlu x-xogħol ta' lqugħ u l-gwidi bħala parti miż-2 programmi ta' żjarat t'hawn taħt: 1. 'European Union Visitors Programme' (EUVP); 2. 'Visits and Seminars' tal-Parlament Ewropew (VISSEM). Il-kuntrattur se jkun mitlub sabiex jipprovdi lit-taqsimiet tal-EUVP u tal-VISSEM tal-Parlament Ewropew b'persunal li jilqa' n-nies, persuni li jilqgħu n-nies u gwidi sabiex jimmaniġġjaw il-gruppi ta' viżitaturi waqt il-ġimgħat tas-sessjonijiet tal-parlament fi Strasburgu. Għall-EUVP, il-kuntrattur se jipprovdi gwidi/persunal li jilqa' lin-nies biex jimmaniġġja l-programmi differenti ta' studju individwali ta' uffiċjali ta' livell għoli minn barra l-UE, jiggwidhom fil-laqgħat numerużi tagħhom, kif ukoll jurihom u jispjegalhom kif jaċċessaw u jagħmlu użu mis-servizzi differenti. Għall-VISSEM, il-kuntrattur se jintalab biex jipprovdi persunal li jilqa' lill-viżitaturi biex jakkumpanjaw viżitaturi individwali tal-VISSEM u parteċipanti ta' gruppi ta' viżitaturi fil-binja Louise Weiss (LOW) tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Il-persunal jista' jintalab biex jimmaniġġja numru konsiderevoli ta' gruppi (sa 80 waqt is-sessjonijiet fejn ikun hemm ħafna gruppi).
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 140-286836 L-Avviż dwar il-Kuntratt 25/07/2017 00:00