Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Sistema ta' interkomunikazzjoni, tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ għall-applikazz...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Parliament, DG Communication (COMM)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
22/08/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
09/10/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
COMM/DG/AWD/2017/742.
Sistema ta' interkomunikazzjoni, tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ għall-applikazzjoni tax-xandir.
It-Taqsima Awdjoviżiva tal-Parlament Ewropew qiegħda tippjana li tagħti kuntratt pubbliku għall-provvista u l-installazzjoni ta' sistema ta' interkomunikazzjoni, tagħmir għall-kejl u l-monitoraġġ għall-applikazzjoni tax-xandir u s-servizzi rrelatati fi Strasburgu u Brussell. Hemm 2 lottijiet separati: — l-1 lott: tagħmir tal-interkomunikazzjoni, — it-2 lott: tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ. Is-servizz awdjoviżiv jixtieq jirrinova l-faċilitajiet awdjoviżivi tiegħu fi Strasburgu u Brussell biex jikseb l-objettivi li ġejjin: — biex jibdel l-infrastruttura li għandha 17-il sena fi Strasburgu b'teknoloġija ġdida, — biex jantiċipa evoluzzjoni teknika u operazzjonali fil-binjiet tal-PE fi Brussell, — biex jippermetti l-produzzjoni ta' sinjali tat-televiżjoni b'definizzjoni għolja, — biex jippermetti t-transizzjoni tal-PI għal applikazzjoni tax-xandir, — biex jissodisfa l-ħtiġijiet dejjem jikbru ta' professjonisti tal-midja, — biex jikseb tagħmir iċċentralizzat bħall-interkomunikazzjoni, tagħmir tal-kejl, apparati tal-monitoraġġ fuq iż-żewġ siti.
Provvisti
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
22/08/2017 00:00
09/10/2017 12:00
17/10/2017 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Sistema ta' interkomunikazzjoni
L-iskop ta' dan il-lott hu l-provvista ta' sistema ta' interkomunikazzjoni u trasport tal-awdjo l-ġdid. Il-Parlament Ewropew qiegħed ifittex li jġedded l-infrastruttura tal-awdjo tiegħu, u li jikseb jekk hu possibbli interkomunikazzjoni fuq netwerk ta' trasport unifikat li jista' jwassal sinjali tal-awdjo kwalità fix-xandir ukoll. Il-Parlament Ewropew jippjana li jiżvilupp l-artikettura ta' interkomunikazzjoni tiegħu fi 3 fażijiet: — l-ewwel fażi se tara t-tħaddim ta' sistema ta' interkomunikazzjoni standard kompriża minn matriċi u pannelli ta' interkomunikazzjoni fi Strasburgu, — it-tieni fażi se żżid l-interkonnessjoni u infrastruttura ta' interkomunilazzjoni ġdida lis-sit ta' Brussell, — it-tielet fażi se tara l-migrazzjoni minn sistema ta' interkomunikazzjoni standard għal sistema sħiħa tal-PI bl-użu tal-istandard AES67 għat-trasport u possibbilment il-kumpatibilità mal-SMPTE 2110.
Il-lott 2
Tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ
L-objettiv ta' dan il-lott hu li jikseb tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ awdjoviżiv għall-applikazzjoni tax-xandir sabiex: — ikejjel il-kwalità u l-validità ta' sinjali diġitali bil-vidjow, b'definizzjoni għolja, sinjali diġitali bl-awdjo u xandiriet bil-PI, — jiġġenera sinjali ta' sinkronizzazzjoni għal faċilitajiet tax-xandir, — juri sinjali fuq monitors għal xandir professjonali u tal-konsumaturi.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 159-328158
L-Avviż dwar il-Kuntratt
22/08/2017 00:00