Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Taħriġ fil-lingwi u servizzi ta' ttestjar.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Union Aviation Safety Agency (EASA)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
04/08/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
22/09/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
EASA.2017.HVP.13.
Taħriġ fil-lingwi u servizzi ta' ttestjar.
Taħriġ fil-lingwi u servizzi ta' ttestjar. L-1 lott: servizzi ta' taħriġ fil-lingwi (fil-lingwa Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana u Spanjola). It-2 lott: servizzi ta' ttestjar fil-lingwi (il-livell TELC B2 fil-lingwa Franċiża u Ġermaniża).
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
04/08/2017 00:00
22/09/2017 17:00
05/10/2017 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Servizzi ta' taħriġ fil-lingwi (fil-lingwa Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana u Spanjola)
Is-sejħa preżenti għall-offerti timmira li tippermetti lill-EASA sabiex toffri b'mod effettiv sett estensiv u xieraq ta' serviżżi ta' kwalità għolja fil-lingwi. It-taħriġ fil-lingwi se joffri l-possibbiltà għal appgrejdjar rapidu, konsistenti u solidu tal-kompetenzi lingwistiċi sabiex wieħed jaħkem lingwa f'qafas ta' żmien raġjonevoli, u bl-iżjed mod effettiv mingħajr ma jintilef il-bilanċ bejn ix-xogħol u attivitajiet oħra tal-ħajja. Is-servizzi ta' taħriġ fil-lingwa se jkollhom il-formati li ġejjin: — taħriġ fil-lingwa fi grupp għand l-EASA, — taħriġ fil-lingwa fuq bażi individwali, jew lil żewġ persuni, — taħriġ speċjalizzat/tematiku fil-lingwa fi grupp għand l-EASA, — valutazzjoni fil-lingwa f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-UE (għal kandidati li qegħdin japplikaw għal post tax-xogħol vakanti fl-EASA), — servizzi lingwistiċi addizzjonali oħrajn, skont l-offerta u l-ħila tal-fornitur.
Il-lott 2
Servizzi ta' ttestjar fil-lingwi (il-livell TELC B2 fil-lingwa Franċiża u Ġermaniża)
L-Aġenzija għandha l-intenzjoni li takkwista servizzi ta' ttestjar minn ċentru ta' ttestjar iċċertifikat TELC kapaċi jmexxi ttestjar fil-livell B2 TELC fil-lingwa Franċiża u Ġermaniża, bħalissa l-iżjed lingwi terzi mitlubin mill-membri tal-persunal tal-EASA. L-objettiv hu li jippermetti lill-membri tal-persunal sabiex juru għarfien ta' terza lingwa uffiċjali tal-UE (livell B2) li tista' tintuża fuq ix-xogħol qabel l-ewwel promozzjoni tagħhom kif mitlub mir-regolamenti tal-persunal applikabbli lil dawk li jservu lill-UE.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 148-305757
L-Avviż dwar il-Kuntratt
04/08/2017 00:00