Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Qafas ta kuntratt għall-provvista ta' tagħmir li jinżamm fl-idejn għas-sorveljan...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Border and Coast Guard Agency (Frontex)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
21/09/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
23/10/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
Frontex/OP/796/2017/AH.
Qafas ta kuntratt għall-provvista ta' tagħmir li jinżamm fl-idejn għas-sorveljanza tal-fruntieri u l-kontrolli tal-fruntieri.
Din is-sejħa għall-offerti hija maqsuma f'5 lottijiet għal kull tip ta' tagħmir. l-1 lott: kameras termali li jinżammu fl-idejn; it-2 lott: nuċċalijiet għall-viżjoni bil-lejl; it-3 lott: trombi għall-viżjoni mal-lejl; ir-4 lott: ditekters tad-dijossidu tal-karbonju (CO2); il-5 lott: ditekters tat-taħbit tal-qalb (HBD).
Provvisti
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
21/09/2017 00:00
23/10/2017 23:59
30/10/2017 11:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Kameras termali li jinżammu fl-idejn — Il-kameras termali meħtieġa għandhom ikunu jinżammu fl-idejn, apparti termali mhux imkessha li jiġbdu l-immaġni li jkollhom tromba bi projettur tal-immaġini 'output' użat biex jiġġenera immaġni li l-utent jara minn 2 għajnejn. — Il-kameras għandhom jippermettu ħiliet ta' sorveljanza fuq firxa medja matul pattulji bir-riġel jew bil-vetturi f'kundizzjonijiet klimatiċi Ewropej. — Il-kameras għandhom ikunu kkunsinnati f'għamla ta' sett: kaxxa tal-kamera, 2 settijiet ta' batteriji, forniment tal-enerġija bil-batterija, sett tas-servizz/tat-tindif, kaxxa għat-trasport. — Il-kameras termali għandhom ikunu ta' massa baxxa u ta' disinn ergonomiku għal operazzjoni li ssir bl-idejn. — Il-ħin stmat ta' xogħol matul il-perijodu tal-garanzija hu ta' madwar 4 sigħat kuljum.
Il-lott 2 Nuċċalijiet għall-viżjoni bil-lejl — L-apparat għall-viżjoni bil-lejl meħtieġ għandu jkun nuċċalijiet monokulari għall-viżjoni bil-lejl ta' FOV (Kamp ta' Viżjoni) wiesgħa fuq 38º li għandu objettiv ottiku waħdieni, intensifikatur waħdieni tal-immaġini b'2 okulari. Il-nuċċalijiet għandhom jippermettu ħiliet ta' sorveljanza fuq firxa qasira matul pattulji bir-riġel jew bil-vetturi f'kundizzjonijiet klimatiċi Ewropej. — In-NVG trid tipprovdi immaġni ta' kwalità għolja tax-xenarju tipiku f'kundizzjoniiet ta' matul il-lejl tipiċi tal-UE kumparabbli mal-kwalità tal-immaġini miksuba bl-għajnejn f'kundizzjonijiet ta' matul il-jum. — In-NVG għandu jkollu tubi li jintensifikaw l-immaġini mibnija ġewwa ta' dimensjonijiet mekkaniċi standard u provvista tal-enerġija elettrika standard. It-tubi ta' dimesjonijiet/vultaġġ mhux standard mhumiex aċċettati. — L-NVG għandu jkun ta' massa baxxa, disinn ergonomiku bil-possibilità li jkun mehmuż mar-ras. Hi meħtieġa maskra tal-wiċċ.
Il-lott 3 Trombi għall-viżjoni mal-lejl — It-trombi għall-viżjoni bil-lejl meħtieġa għandhom ikunu apparati monokulari għall-viżjoni bil-lejl li jkollhom objettiv ottiku waħdieni, intensifikatur tal-immaġini waħdieni imma 2 okulari. It-trombi għandhom jippermettu ħiliet ta' sorveljanza fuq firxa qasira sa medja matul pattulji bir-riġel jew bil-vetturi f'kundizzjonijiet klimatiċi Ewropej. — It-trombi għall-viżjoni bil-lejl għandhom jipprovdu mmaġini ta' kwalità għolja tax-xenarju f'kundizzjoniiet tipiċi ta' matul lejl tal-UE kumparabbli mal-kwalità tal-immaġini miksuba bl-għajnejn f'kundizzjonijiet ta' matul il-jum. — It-trombi għall-viżjoni bil-lejl għandu jkollhom tubi li jintensifikaw l-imaġini mibnija ġewwa ta' dimensjonijiet mekkaniċi standard u provvista tal-enerġija elettrika standard. It-tubi ta' dimensjonijiet/vultaġġ mhux standard mhumiex aċċettati. — It-trombi għall-viżjoni bil-lejl għandhom ikunu ta' massa baxxa, disinn ergonomiku bil-possibilità li jkunu mehmuża mar-ras. — B'mod prattiku r-rekwiżiti tekniċi, funzjonali u tal-protezzjoni ambjentali għan-nuċċalijiet tal-viżjoni bil-lejl huma applikabbli għat-trombi, minkejja dan b'żieda, għas-sett tal-NVG dak li jitfa' l-offerta hu meħtieġ li jipprovdi objettiv addizzjonali b'magnifikazzjoni x3 li għandu jkun inkluż fil-kaxxa għall-ġarr. — L-objettiv x3 għandu b'mod malajr u faċli li jista' jinhemeż mal-korp tal-NVG fl-ambjent tal-qasam. — L-apparat bl-objettiv mehmuż għandu jikkonforma mal-protezzjoni ambjentali kif stipulat fil-punt 5.3.5 ta' dan id-dokument.
Il-lott 4 Ditekters tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) Id-ditekters tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) għandhom ikunu użati għall-kejl ta' konċentrazzjoni tas-CO2 eżistenti f'volum magħluq għas-sejbien ta' persuni li jistaħbew fi spazji magħluqa bħal trejlers, kmamar u vetturi (bil-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni tas-CO2 ta' arja tan-nifs minfuħ 'il barra). Is-sett ta' ditekters tad-dijossidu tal-karbonju għandu jkollu l-aċċessorji li ġejjin: — kaxxa durabbli għall-ġarr, — ċinga għall-ġarr, — 'sleeve' tal-lastiku għal protezzjoni kontra daqqiet, — sett ta' kuffji tal-widnejn bl-awdjo, — kejbil li jiċċarġja l-batterija ta' karozza (12 V/DC biss), — adattatur 220 V/AC, — konnessjoni tal-kompjuter IR u kejbil tat-trasferiment tad-dejta, — softwer PM-COM għall-aċċess tad-dejta maħżuna, inkluż CD, — strument biex jeleva l-kampjuni (pajp): varjanti possibbli: a) virga riġida b'konnettur jew b) pajp protett minn segmenti riġidi li jistgħu jinqalgħu (is-segmenti jridu jkunu mwaħħlin flimkien bil-kamin biex ma jinħallux jew jiġu bblukkati matul l-użu); it-tul: mhux inqas minn 1,5m, — filtru b'pajp għat-trab u ilma, — stand tal-qari u klippa għall-immuntar, — adattatur tal-kalibrazzjoni/kampjunar.
Il-lott 5 Ditekters tat-taħbit tal-qalb Id-ditekters tat-taħbit tal-qalb jeħtieġ li jippermettu sejbien preċiż ta' persuni umani f'vetturi wieqfa (mingħajr ma jitqies it-tunnellaġġ tagħhom) taħt il-kundizzjonijiet tal-qsim tal-fruntieri fejn frekwenza kostanti ta' vetturi hi preżenti (vibrazzjonijiet tal-bażi minħabba vetturi li jkunu qed jaqsmu) li mhux se jaffettwaw l-operazzjoni u l-preċiżjoni tar-riżultati prodotti mid-ditektor tat-taħbit tal-qalb. Is-sett tad-ditektor tat-taħbit tal-qalb (is-sistema) għandu jkollu: — laptop rinfurzat (reżistenti għal xokkijiet mekkaniċi), b'applikazzjonijiet speċjalizzati installati minn qabel (softwer għas-sejbien tat-taħbit tal-qalb) bi skrin tal-kulur bil-funzjoni tal-mess, daqs minimu djagonali ta' 12" (-il pulzier), — kaxxa għall-ġarr tal-laptop u kejbil biex jiċċarġja mill-ġdid, — sistema ta' sensuri (protetta minn fatturi ambjentali — ġlata, xita, silġ, eċċ.) u l-aċċessorji rrelatati għall-immuntar fuq elementi metalliċi jew tal-plastik tal-vettura, — kejbils irrelatati, 2 konnetturi tat-tip USB u konnetturi xierqa għal 4 sensuri (inkluż modulu għall-kontroll tas-sensuri, jekk meħtieġ) kif ukoll il-possibilità li jiġu konnessi tastiera u mouse. — apparat b.akkumulaturi li jiċċarġjaw mill-ġdid, — kaxxa għall-ġarr ta' sistema, b'qasma għaż-żamma u t-trasport ta' komponenti tas-sistema. Il-kaxxa għall-ġarr għandha tkun reżistenti għall-impatti u l-umdità u kbira biżżejjed biex taħżen is-sett tat-taħbit tal-qalb u l-komponenti kollha tiegħu. — dokumentazzjoni kompluta u manwal għall-użu, permezz ta' midja u stampat, bl-Ingliż bħala minimu, — 4 sensuri tal-vibrazzjoni (sismiċi) u sensur sper addizzjonali wieħed (1): • protezzjoni minima IP 54, • konnetturi tal-elettriku li ma jgħaddix l-ilma minnhom (minimu ta' IP 5 għall-protezzjoni mill-ilma), • sensur — kejbils għal konnessjoni mal-kompjuter li huma xierqa għax-xogħol fuq barra. Tul minimu ta' 15-il metru.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 181-369932 L-Avviż dwar il-Kuntratt 21/09/2017 00:00