Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Ir-rati ta' ġbir tal-iskart ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku (STEE) - il-...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG ENV+CLIMA
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
18/06/2013
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
12/08/2013
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
ENV.A.2/ETU/2013/0035.
Ir-rati ta' ġbir tal-iskart ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku (STEE) - il-miżuri li jistgħu jittieħdu fuq inizjattiva tal-Kummissjoni kif meħtieġ mill-Artikli 7(4), 7(5), 7(6) u 7(7) tad-Direttiva 2012/19/UE dwar l-iSTEE.
Il-Kummissjoni qiegħda tniedi dan il-kuntratt dwar ir-rati ta' ġbir tal-iskart ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku (STEE) skont Artikli 7(4), 7(5), 7(6) u 7(7) tad-Direttiva li tfasslet mill-ġdid dwar l-iSTEE (id-Direttiva 2012/19/UE).L-għan tal-kuntratt hu li jħejji studju li jipprovdi s-sisien għar-rapporti, l-atti ddelegati u tal-implimentazzjoni, studju tal-impatt u l-proposti leġislattivi li jistgħu jsiru li huma meħtieġa mill-Kummissjoni skont Artikli 7(4), 7(5), 7(6) u 7(7) tad-Direttiva.Ix-xogħlijiet ewlenin tal-kuntratt huma:a) l-iżvilupp ta' metodoloġija komuni biex tkun ikkalkulata l-kwantità tal-iSTEE ġġenerat skont il-piż minn kull Stat Membru u l-użu ta' din il-metodoloġija għal pajjiżi individwali;b) l-iżvilupp ta' metodoloġija komuni biex ikun ikkalkulat il-piż tat-TEE li jitqiegħed fis-suq nazzjonali ta' kull Stat Membru;ċ) analiżi tal-possibbiltà li jkunu stabbiliti rati individwali ta' ġbir għal kategorija waħda jew iktar imniżżla fl-Anness III tad-Direttiva, l-aktar għat-tagħmir tal-bdil tat-temperatura, il-pannelli fotovoltajċi, tagħmir żgħir, tagħmir żgħir tat-TI u tat-telekomunikazzjoni u lampi li fihom il-merkurju;d) xogħlijiet addizzjonali:a. deskrizzjoni tad-diffikultajiet li jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri meta jiġu biex jimxu mal-ħtiġijiet imniżżla f’Artiklu 7(1);b. analiżi tal-impatt li x'aktarx ikun hemm jekk isir tibdil fid-dati tal-għeluq marbuta mar-rati tal-ġbir imniżżla f'Artiklu 7(1);ċ. analiżi tal-impatt li x'aktarx ikun hemm jekk issir reviżjoni tar-rata tal-ġbir ibbażata fuq l-iSTEE li jkun iġġenerat.Proposti dwar is-soluzzjonijiet li jista' jkun hemm.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ma jgħoddx
Miri li Jridu Jintlaħqu
18/06/2013 00:00
Ma jgħoddx
12/08/2013 16:00
27/08/2013 10:30
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2013/S 116-196937
L-Avviż dwar il-Kuntratt
18/06/2013 00:00