Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servizzi ta' tħaddim, manutenzjoni, żvilupp, għajnuna u konsulenza għas-softwer ...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Parliament, DG Infrastructure and Logistics (INLO)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
10/02/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
19/03/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
06A0010-2017-M043
Servizzi ta' tħaddim, manutenzjoni, żvilupp, għajnuna u konsulenza għas-softwer GMAO/Coswin għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fis-siti tal-Belġju, il-Lussemburgu u Franza
Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi din is-sejħa għall-offerti sabiex tiġi koperta l-provvista tas-servizzi ta' tħaddim, manutenzjoni, żvilupp, għajnuna u konsulenza għas-softwer GMAO/Coswin, għall-binjiet okkupati jew li se jiġu okkupati mill-Parlament Ewropew fis-siti ta' Brussell (BE), il-Lussemburgu (LU) u Strasburgu (FR).
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
10/02/2018 00:00
19/03/2018 23:59
27/03/2018 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Il-lott A: tħaddim, manutenzjoni, għajnuna – appoġġ fil-post fejn tingħata l-għajnuna, żvilupp – appoġġ fl-iżvilupp, konsulenza – appoġġ għall-użu – taħriġ, għodda mobbli
L-1 qasam — it-tħaddim. Dak li jirbaħ il-kuntratt se jipprovdi s-servizzi differenti meħtieġa għat-tħaddim tal-GMAO u se jimplimenta kollox biex jiggarantixxi b'mod permanenti l-funzjonament tas-softwer. It-2 qasam — il-manutenzjoni. Dak li jirbaħ il-kuntratt se jipprovdi s-servizzi differenti meħtieġa għall-manutenzjoni tal-GMAO kemm mil-lat ta' prevenzjoni u kura kif ukoll ta' evoluzzjoni tad-dipartiment tal-IT. It-3 qasam — l-għajnuna – l-appoġġ fil-post fejn tingħata l-għajnuna. Dak li jirbaħ il-kuntratt se jistabbilixxi post fejn tingħata l-għajnuna u se jiżgura l-ġestjoni tiegħu kif ukoll is-sorveljanza tad-domandi ta' interventi mibgħuta lilu. Ir-4 qasam — l-iżvilupp –l- appoġġ fl-iżvilupp. Dak li jirbaħ il-kuntratt, fuq talba tal-Parlament Ewropew, se joffri servizzi ta' pariri u żvilupp ta' funzjonalitajiet ġodda b'rabta mat-titjib tas-soluzzjoni GMAO. Il-5 qasam — il-konsulenza – l-appoġġ fl-użu — it-taħriġ. Dak li jirbaħ il-kuntratt se joffri, fuq talba tal-Parlament Ewropew: — servizzi ta' konsulenza fuq l-aħjar prattiki għall-użu tal-GMAO fil-qasam tal-ġestjoni tal-binjiet, — appoġġ dirett lill-utenti, — taħriġ lill-utenti tal-GMAO. Is-6 qasam — l-għodda mobbli. Dak li jirbaħ il-kuntratt, fuq talba tal-Parlament Ewropew, se jkun responsabbli mill-provvista, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-għajnuna għal soluzzjoni mobbli tal-Coswin fuq it-3 postijiet tax-xogħol. Din tal-aħħar għandha tintegra ruħha perfettament fl-ambjent tal-IT u n-netwerk tal-Parlament Ewropew.
Il-lott 2
Il-lott B: pariri u konsulenza, għajnuna — żvilupp — taħriġ
L-1 qasam — il-pariri u l-konsulenza. Dak li jirbaħ il-kuntratt se joffri servizzi ta' pariri u konsulenza mmirati lejn is-suġġett tal-bini b'rabta mal-użu tal-GMAO. It-2 qasam — l-għajnuna — l-iżvilupp — it-taħriġ. Dak li jirbaħ il-kuntratt se joffri servizzi: — ta' għajnuna lill-uffiċjali tal-Parlament Ewropew fil-ġestjoni tal-kuntratt tal-GMAO, — ta' żvilupp ta' funzjonalitajiet ġodda b'rabta mad-dejta maħruġa mill-GMAO (żvilupp lil hinn minn Coswin) sabiex jiġi ffaċilitat it-tħaddim ta' din tal-aħħar, — ta' għajnuna u pariri fil-migrazzjoni eventwali lejn soluzzjonijiet ġodda tal-GMAO jew tal-BIM, — ta' taħriġ lill-utenti tal-GMAO. It-taħriġ jista' jirrigwarda l-użu ta' spreadsheets sabiex jiġi ffaċilitat it-tħaddim ta' dejta maħruġa minn Coswin, metodu ta' rappurtaġġ, b'għodod marbuta ma' Coswin jew oħrajn.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 029-062396
L-Avviż dwar il-Kuntratt
10/02/2018 00:00