Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servizzi għall-ispezzjoni tas-sigurtá, l-iġjene u l-benesseri fuq il-post tax-xo...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, Office for Infrastructure and Logistics in Brussels (OIB)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
22/11/2017
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
22/12/2017
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
OIB.02/PO/2017/055/782.
Servizzi għall-ispezzjoni tas-sigurtá, l-iġjene u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol kif ukoll it-twettiq ta' spezzjonijiet tas-saħħa u l-analiżi fuq oġġetti tal-ikel.
Taħt dan il-ksib l-għan hu l-konklużjoni ta' 2 oqfsa ta' kuntratti biex jipprovdi l-ispezzjoni u s-servizzi ta' kontroll fl-oqsma li ġejjin: l-aspetti tal-ispezzjoni u l-kontroll tas-sigurtà, l-iġjene u l-benesseri ta' impjegati; l-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-analiżi tal-ikel u x-xorb imħejjija u/jew imqassma fir-ristoranti, ristoranti fejn il-klijenti jservu lilhom infushom, kafetteriji, crèches, faċiltajiet għall-kura tat-tfal u magni awtomatiċi. Dawn is-servizzi se jkunu pprovduti fil-binjiet okkupati u/jew immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea u fil-binjiet li tal-aħħar jista' jkollha bżonn li tokkupa jew timmaniġġja matul il-perijodu tal-kuntratt, fir-Reġjun ta' Brussell u ż-żona tal-madwar.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Lott wieħed jew aktar
Ftehim ta' qafas
http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
min jitfa' l-offerta għandu jehmeż mal-offerta tiegħu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-punt III.1 'Il-kundizzjonijiet għas-sehem' ta' dan l-avviż u elenkati fl-Annessi 1.1 u 2.1 'Lista ta' kontroll ta' dokumenti li għandhom jiġu kkompletati u pprovduti' lill-ispeċifikazzjonijiet. Min qiegħed jitfa' l-offerti għandu jehmeż stqarrija solenni ffirmata kif xieraq u bid-data li turi li ma jinsabx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li tista' żżommu milli jieħu sehem f'kuntratt mogħti mill-Unjoni Ewropea. Id-dikjarazzjoni solenni għandha tieħu l-għamla tal-mudell ippubblikat fil-paġna li ġejja, fis-sħuħija tagħha: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm NB: min jirbaħ il-kuntratt għandu jagħti d-dokumenti li ġejjin bħala prova biex jappoġġja l-istqarrija solenni qabel l-iffirmar tal-kuntratt, inkella jitwarrab. NB: jekk ikunu gruppi li jingħataw il-kuntratt, huma jridu jipprovdu dikjarazzjoni solenni flimkien ma' dokumenti u informazzjoni li jsostnu għal kull membru individwali.
dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi: — kopja tar-rendikonti finanzjarji (il-karti bilanċjali u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf) għat-3 snin finanzjarji li għaddew, li juru l-qligħ fis-sena qabel it-taxxa. Jekk, minħabba xi raġuni valida, min qiegħed jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jagħtihom, hu għandu jehmeż rendikont tal-qligħ fis-sena qabel il-ħlas tat-taxxa għal dawn l-aħħar 3 snin. Jekk ir-rendikonti finanzjarji jew id-dikjarazzjoni juru medja ta' telf matul dawn l-aħħar tliet snin (3), min qiegħed jitfa' l-offerti jrid jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal garanzija xierqa minn terza entità (e.g. il-kumpanija ewlenija), stqarrijiet mingħand l-awdituri, akkawntants iċċertifikati jew ekwivalenti, — rendikont tad-dħul fis-sena li hu speċifiku għall-qasam li jaqa' taħt il-lottijiet 1 u 2 f'dan l-avviż tal-kuntratt, li sar matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji.
biex jintgħażel, dak li jitfa' l-offerta jrid jipprovdi prova ta' dħul annwali speċifiku medju għat-3 snin finanzjarji ta' EUR 2 400 000/fis-sena għall-1 lott u EUR 250 000/fis-sena għat-2 lott.
dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi: l-1 lott: — stqarrija dwar in-numru medju tal-persunal matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji, imqassam fil-kategoriji varji tal-pożizzjonijiet tal-persunal, — lista tal-5 kuntratti ewlenin — fil-qasam kopert minn dan il-lott, u mwettqa matul dawn l-aħħar 3 snin. Din il-lista trid tinkludi l-erja tal-wiċċ tal-binjiet spezzjonati kif ukoll it-tipi ta' spezzjonijiet imwettqa. NB: dawk li jitfgħu l-offerti se jeħtieġ li jipprovdu prova tal-esperjenza f'kull qasam kopert minn dan il-lott, — prova li ġiet imwaqqfa sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità (ċertifikazzjoni ISO 9001 jew ekwivalenti); it-2 lott: — prova li dak li jitfa' l-offerta għandu mill-inqas maniġer/sostitut 1 li se jkun assenjat mal-kuntratt jekk jingħata.
l-1 lott: — dak li jitfa' l-offerta se jeħtieġ li juri li l-persunal tekniku tiegħu jinkludi 20 individwu, li 5 minnhom huma inġiniera (livell tal-università jew livell ogħla mhux tal-università), — l-erja tal-wiċċ totali koperta mill-5 kuntratti ta' referenza matul 3 snin trid tkun ta' mill-inqas 1 000 000 m2 (i.e. 333 000 m2/fis-sena), — ċertifikat ISO 9001 jew ekwivalenti; it-2 lott: maniġer/deputat maniġer 1 (livell tal-università jew livell ogħla mhux tal-università) fil-qasam tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-analiżi tal-ikel u xarbiet, supplimentat minn mill-inqas 3 snin ta' esperjenza professjonali fil-qasam.
Miri li Jridu Jintlaħqu
22/11/2017 00:00
22/12/2017 15:00
09/01/2018 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Servizzi għall-ispezzjoni tas-sigurtá, l-iġjene u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol fil-binjiet okkupati u/jew immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea
Servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-ispezzjonijiet tekniċi regolari, l-ispezzjonijiet tekniċi ta' darba, kif ukoll servizzi speċjali u supplimentari li għandhom x'jaqsmu mal-aspetti tas-sigurtà, l-iġjene u l-benesseri tal-ħaddiema li jkopru l-binjiet kollha okkupati mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell u ż-żona tal-madwar.
Il-lott 2
Servizzi tal-ispezzjoni tas-saħħa u l-analiżi tal-ikel u x-xorb
Servizzi tal-ispezzjoni tas-saħħa u l-analiżi tal-ikel u x-xorb imħejjija u/jew imqassma fir-ristoranti, ristoranti fejn il-klijenti jservu lilhom infushom, kafetteriji, crèches, faċiltajiet għall-kura tat-tfal, is-CIE Overijse u magni awtomatiċi tal-bejgħ fil-binjiet okkupati u/jew immaniġġati mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell u fiż-żona tal-madwar.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2017/S 224-465156
L-Avviż dwar il-Kuntratt
22/11/2017 00:00