Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Provvista ta' korsijiet ta' taħriġ għall-Investigaturi tal-Aċċidenti
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Maritime Safety Agency
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
24/02/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
23/03/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
EMSA/OP/3/2018
Provvista ta' korsijiet ta' taħriġ għall-Investigaturi tal-Aċċidenti
L-għan tal-kuntratt huwa d-disinn u l-għoti ta' korsijiet ta' taħriġ relatati mal-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi u l-iżvilupp ta' materjal tat-taħriġ rilevanti, inkluż preżentazzjonijiet, eżerċizzji, każijiet ta' użu u noti ta' sostenn. Il-korsijiet huma maqsuma f'2 lottijiet separati li se jirriżultaw f'Qafas ta' Servizz ta' Kuntratt separat kull wieħed bis-suġġett li ġej: — L-1 lott: Kors dwar il-ħiliet ewlenin għall-investigaturi tal-aċċidenti, — It-2 lott: Kors avvanzat għall-investigaturi tal-aċċidenti.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Il-lottijiet kollha
Ftehim ta' qafas
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Dak li jitfa' l-offerta jrid ikollu l-ħila legali u regolatorja biex iwettaq l-attività professjonali meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratt.
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Miri li Jridu Jintlaħqu
24/02/2018 00:00
23/03/2018 20:00
28/03/2018 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Kors dwar il-ħiliet ewlenin għall-investigaturi tal-aċċidenti
L-għan tal-ksib huwa li jidentifika lettur(i) xierqa li: — Jassistu lill-ħarrieġ(a) tal-EMSA fuq il-bażi tal-punti mniżżla fil-Paragrafu 2.1.1. L-involviment preċiż se jkun miftiehem bejn il-ħarrieġ(a) tal-EMSA u l-kuntrattur mill-inqas 3 ġimgħat qabel id-data li fiha t-taħriġ ippjanat huwa mistenni li jseħħ. Il-moduli fejn il-kuntrattur huwa mistenni li jassisti fil-kunsinna lill-ħarrieġ tal-EMSA se jkunu għal total stmat ta' 11-il siegħa. — Jiżviluppaw il-kontenut, l-eżerċizzji prattiċi relatati/l-istudji ta' każijiet (imwettqa fil-klassi) u jwettqu l-moduli skont id-deskrizzjoni tal-kors fuq il-bażi tal-punti mniżżla fil-paragrafu 2.1.2 għal numru totali stmat ta' 24 siegħa. Il-kuntrattur huwa mistenni jħejji materjal tat-taħriġ xieraq qabel l-ewwel sessjoni ta' taħriġ u jaġġornah bejn is-sessjonijiet sussegwenti jekk meħtieġ fuq il-bażi tal-feedback tal-parteċipanti dwar il-kisba tal-għanijiet tal-kors, kif definiti fil-Paragrafu 2.1.2 u f'kollaborazzjoni mal-ħarrieġ(a) tal-EMSA. Il-kuntrattur għandu jippromwovi grad għoli ta' parteċipazzjoni attiva mill-parteċipanti kollha fil-kors u, f'dan ir-rigward, l-eżerċizzju/studji ta' każijiet imsemmija għandhom jingħataw fil-klassi bil-parteċipanti maqsuma fi gruppi. Barra minn hekk, id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandha tinkludi noti ta' taħriġ komprensivi biex jitqassmu lill-parteċipanti.
Il-lott 2
Kors avvanzat għall-investigaturi tal-aċċidenti
L-għan tal-ksib huwa li jidentifika lettur(i) xierqa li: — Jassistu lill-ħarrieġ(a) tal-EMSA fuq il-bażi tal-punti mniżżla fil-Paragrafu 2.2.1. L-involviment preċiż se jkun diskuss bejn il-ħarrieġ(a) tal-EMSA u l-kuntrattur mill-inqas 3 ġimgħat qabel id-data li fiha t-taħriġ ippjanat huwa mistenni li jseħħ. Il-moduli fejn il-kuntrattur huwa mistenni li jassisti fil-kunsinna lill-ħarrieġ tal-EMSA se jkunu għal total stmat ta' 6 sigħat. — Jiżviluppaw il-kontenut, l-eżerċizzji prattiċi relatati/l-istudji ta' każijiet (imwettqa fil-klassi) u jwettqu l-moduli skont id-deskrizzjoni tal-kors fuq il-bażi tal-punti mniżżla fil-Paragrafu 2.2.2 għal numru totali stmat ta' 29 siegħa. Il-kuntrattur huwa mistenni jħejji materjal tat-taħriġ xieraq qabel l-ewwel sessjoni ta' taħriġ u jaġġornah bejn is-sessjonijiet sussegwenti jekk meħtieġ fuq il-bażi tal-feedback tal-parteċipanti dwar il-kisba tal-għanijiet tal-kors, kif definiti fil-Paragrafu 2.2.2 u f'kollaborazzjoni mal-ħarrieġ(a) tal-EMSA. Il-kuntrattur għandu jippromwovi grad għoli ta' parteċipazzjoni attiva mill-parteċipanti kollha fil-kors u, f'dan ir-rigward, l-eżerċizzju/studji ta' każijiet imsemmija għandhom jingħataw fil-klassi bil-parteċipanti maqsuma fi gruppi. Barra minn hekk, id-dokumentazzjoni ta' sostenn għandha tinkludi noti ta' taħriġ komprensivi biex jitqassmu lill-parteċipanti.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 039-084302
L-Avviż dwar il-Kuntratt
24/02/2018 00:00