Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servizzi ta' sorveljanza mill-ajru għall-funzjoni tal-Gwardja tal-Fruntiera u ta...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Border and Coast Guard Agency (Frontex)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
20/03/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
16/05/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
Frontex/OP/104/2018/JL/MS
Servizzi ta' sorveljanza mill-ajru għall-funzjoni tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
L-objettiv globali ta' din is-sejħa għall-offerti huwa biex il-Frontex u l-EFCA ikun jista' jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom tagħmir ta' sorveljanza mill-ajru b'livell għoli ta' skjerabbiltà u disponibblità li jippermetti lil dawn l-aġenziji jkopru r-rekwiżiti tagħhom għal kapaċità ta' sorveljanza operazzjonali. L-ambitu ta' din is-sejħa għall-offerti hu li jiġi stabbilit Qafas ta' Kuntratt (QtK) bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, sabiex jiġu akkwistati Servizzi ta' Sorveljanza mill-Ajru, li għandhom jinkludu assi u esperti. Il-Frontex u l-EFCA jfittxu kooperazzjoni fuq terminu medju b'minimu ta' 3 u massimu ta' 10 Kuntratturi li jipprovdu Sorveljanza mill-Ajru f'kull wieħed mill-Lottijiet tal-QtK, u joffru l-aħjar "valur għall-flus", u jkunu jistgħu jsostnu t-tħejjija għal servizzi ta' sorveljanza kosteffiċjenti, imsejħa Kuntratti Speċifiċi kompetittivi, tul il-perijodu tal-QtK.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
20/03/2018 00:00
16/05/2018 16:00
23/05/2018 11:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Sorveljanza mill-ajru taż-żona fuq l-art Il-Kuntrattur għandu jipprovdi lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt bit-titjiriet tas-sorveljanza mill-art f'Żona ta' Skjerament tas-Servizz iddefinita minn qabel, f'perijodu ta' żmien speċifiku. L-għan tas-sorveljanza huwa li jirrapporta oġġetti u avvenimenti ta' interess lil Ċentru ta' Koordinazzjoni maħtur mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt. Iż-Żona ta' Skjerament tas-Servizz, il-perijodu taż-żmien, u l-oġġetti/avvenimenti ta' interess se jiġu identifikati bil-quddiem fil-Kuntratt Speċifiku. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti minn pjattaformi fissi jew li jaħdmu bir-rotors.
Il-lott 2 Sorveljanza mill-Ajru taż-Żona Marittima Kostali Il-Kuntrattur għandu jipprovdi lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt bit-titjiriet tas-sorveljanza mill-kosta f'Żona ta' Skjerament tas-Servizz iddefinita minn qabel, f'perijodu ta' żmien speċifiku. Dan is-servizz se jappoġġja attivitajiet fil-Baħar Territorjali tal-Istat Membru Ospitanti, u tipikament isegwi banda kostali ta' tul ta' 100 mil nawtiku u li tidħol ġol-baħar sa 24 mil nawtiku. L-għan tas-sorveljanza huwa li jirrapporta oġġetti u avvenimenti ta' interess lil Ċentru ta' Koordinazzjoni maħtur mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt. Iż-Żona ta' Skjerament tas-Servizz, il-perijodu taż-żmien, u l-oġġetti/avvenimenti ta' interess se jiġu identifikati bil-quddiem fil-Kuntratt Speċifiku. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti minn pjattaformi fissi jew li jaħdmu bir-rotors.
Il-lott 3 Sorveljanza mill-Ajru taż-Zona Marittima ta' Firxa Medja — kondiviżjoni tad-dejta permezz ta' Portal ta' Missjoni mill-Bogħod Il-Kuntrattur għandu jipprovdi lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt bit-titjiriet tas-sorveljanza ta' Firxa Medja f'Żona ta' Skjerament tas-Servizz iddefinita minn qabel, f'perijodu ta' żmien speċifiku. Dan is-servizz jista' jappoġġja attivitajiet ta' sorveljanza anke f'ibħra internazzjonali sa 200 mil nawtiku 'l bogħod minn ajruport tal-bażi. L-għan tas-sorveljanza huwa li jirrapporta oġġetti u avvenimenti ta' interess lil Ċentru ta' Koordinazzjoni maħtur mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt. Iż-Żona ta' Skjerament tas-Servizz, il-perijodu taż-żmien, u l-oġġetti/avvenimenti ta' interess se jiġu identifikati bil-quddiem fil-Kuntratt Speċifiku. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn pjattaformi bi ġwienaħ fissi.
Il-lott 4 Sorveljanza mill-Ajru taż-Zona Marittima ta' Firxa Twila — kondiviżjoni tad-dejta permezz ta' Portal ta' Missjoni mill-Bogħod Il-Kuntrattur għandu jipprovdi lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt bit-titjiriet tas-sorveljanza ta' Firxa Twila f'Żona ta' Skjerament tas-Servizz iddefinita minn qabel, f'perijodu ta' żmien speċifiku. Dan is-servizz jista' jappoġġja attivitajiet ta' sorveljanza f'ibħra internazzjonali sa 300 mil nawtiku 'l bogħod minn ajruport xieraq. L-għan tas-sorveljanza huwa li jirrapporta oġġetti u avvenimenti ta' interess lil Ċentru ta' Koordinazzjoni maħtur mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt. Iż-Żona ta' Skjerament tas-Servizz, il-perijodu taż-żmien, u l-oġġetti/avvenimenti ta' interess se jiġu identifikati bil-quddiem fil-Kuntratt Speċifiku. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn pjattaformi bi ġwienaħ fissi.
Il-lott 5 Sorveljanza mill-Ajru taż-Zona Marittima ta' Firxa Medja — kondiviżjoni tad-dejta permezz ta' streaming dirett tad-dejta Il-Kuntrattur għandu jipprovdi lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt bit-titjiriet tas-sorveljanza ta' Firxa Medja f'Żona ta' Skjerament tas-Servizz iddefinita minn qabel, f'perijodu ta' żmien speċifiku. Dan is-servizz jista' jappoġġja attivitajiet ta' sorveljanza anke f'ibħra internazzjonali sa 200 mil nawtiku 'l bogħod minn ajruport tal-bażi. L-għan tas-sorveljanza huwa li jirrapporta oġġetti u avvenimenti ta' interess lil Ċentru ta' Koordinazzjoni maħtur mill-Frontex. Iż-Żona ta' Skjerament tas-Servizz, il-perijodu taż-żmien, u l-oġġetti/avvenimenti ta' interess se jiġu identifikati bil-quddiem fil-Kuntratt Speċifiku. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn pjattaformi bi ġwienaħ fissi.
Il-lott 6 Sorveljanza mill-Ajru taż-Zona Marittima ta' Firxa Twila — kondiviżjoni tad-dejta permezz ta' streaming dirett tad-dejta Il-Kuntrattur għandu jipprovdi lill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt bit-titjiriet tas-sorveljanza ta' Firxa Twila f'Żona ta' Skjerament tas-Servizz iddefinita minn qabel, f'perijodu ta' żmien speċifiku. Dan is-servizz jista' jappoġġja attivitajiet ta' sorveljanza f'ibħra internazzjonali aktar 'il bogħod minn 200 mil nawtiku minn ajruport tal-bażi. L-għan tas-sorveljanza huwa li jirrapporta oġġetti u avvenimenti ta' interess lil Ċentru ta' Koordinazzjoni maħtur mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt. Iż-Żona ta' Skjerament tas-Servizz, il-perijodu taż-żmien, u l-oġġetti/avvenimenti ta' interess se jiġu identifikati bil-quddiem fil-Kuntratt Speċifiku. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti biss minn pjattaformi bi ġwienaħ fissi.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 068-150085 Tiswija 07/04/2018 00:00
2018/S 055-120752 L-Avviż dwar il-Kuntratt 20/03/2018 00:00