Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

The Price schedules V2 with a minor change in the cells format has been loaded in the document library
It-titlu:
Il-provvista ta' tagħmir għax-xandir u servizzi assoċjati għat-tiġdid tal-infras...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Parliament, DG Communication (COMM)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
06/06/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
05/09/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
COMM/AWD/2018/232
Il-provvista ta' tagħmir għax-xandir u servizzi assoċjati għat-tiġdid tal-infrastruttura awdjoviżiva tal-Parlament Ewropew
L-Unità Awdjoviżiva tal-Parlament Ewropew qed tippjana li tagħti kuntratt pubbliku għall-provvista ta' tagħmir għax-xandir u servizzi assoċjati għat-tiġdid tal-infrastruttura awdjoviżiva fi Strasburgu u Brussell. Hemm 4 lottijiet separati: — l-1 lott: Infrastruttura tax-xandir u servizzi assoċjati għall-produzzjoni awdjoviżiva, — it-2 lott: L-estensjoni tal-infrastruttura tal-IP eżistenti u s-sistema ta' kontroll, it-tagħmir tan-netwerk, u servizzi assoċjati għall-produzzjoni awdjoviżiva, — it-3 lott: Server tal-vidjow, postijiet tal-ħażna, kmamar tal-editjar u servizzi assoċjati għall-produzzjoni awdjoviżiva, — ir-4 lott: Żarmar u trasport ta' tagħmir, kejbils addizzjonali u servizzi assoċjati għall-infrastruttura awdjoviżiva. Is-servizz awdjoviżiv jixtieq iġedded l-infrastruttura awdjoviżiva tiegħu fi Strasburgu u Brussell biex jikseb l-objettivi li ġejjin: — itejjeb il-faċilitajiet ta' produzzjoni tiegħu, — jimmodernizza l-metodi ta' produzzjoni u l-flussi tal-ħidma tiegħu. Is-sistemi ġodda jridu jiġu integrati mas-sistemi kurrenti.
Provvisti
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
06/06/2018 00:00
05/09/2018 12:00
14/09/2018 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Infrastruttura tax-xandir u servizzi assoċjati għall-produzzjoni awdjoviżiva
Provvista ta' tagħmir għall-infrastruttura tax-xandir li jikkonċerna: — Tagħmir Tekniku Ċentrali, — Tagħmir ta' Kontroll u Trażmissjoni Master, — tagħmir multimedjali għall-kopertura ħafifa tal-midja, u — servizzi assoċjati: installazzjoni, integrazzjoni u manutenzjoni.
Il-lott 2
L-estensjoni tal-infrastruttura tal-IP eżistenti u s-sistema ta' kontroll, it-tagħmir tan-netwerk, u servizzi assoċjati għall-produzzjoni awdjoviżiva
Dan il-lott japplika għall-estensjoni ta' infrastruttura tal-IP eżistenti kif ukoll livell ta' Kmand u Kontroll. Dak li jitfa' l-offerta jrid jiżgura l-kompatibbiltà tas-sistema li se jipproponi mas-sistema eżisteni u t-tagħmir diġà installat. B'mod partikolari, dak li jitfa' l-offerta se jiffoka fuq li jestendi l-infrastruttura ta' Kmand u Kontroll bi qbil mat-tagħmir eżistenti fil-Parlament Ewropew, u jiżgura l-evoluzzjoni tas-softwer ta' verżjonijiet eżisteni sabiex tiġi żgurata koerenza mal-funzjonalitajiet eżistenti.
Il-lott 3
Server tal-vidjow, postijiet tal-ħażna, kmamar tal-editjar u servizzi assoċjati għall-produzzjoni awdjoviżiva
Din l-offerta tikkonċerna provvisti u żviluppi ta' pjattaforma tal-vidjow b'post tal-ħażna assoċjat, sistema ta' mmaniġġjar tal-kontenut (immaniġġjar tal-assi ta' produzzjoni), kmamar tal-editjar u servizzi assoċjati: installazzjoni, skjerar u manutenzjoni.
Il-lott 4
Żarmar u trasport ta' tagħmir, kejbils addizzjonali u servizzi assoċjati għall-infrastruttura awdjoviżiva
Din l-offerta tikkonċerna ż-żarmar u t-trasport ta' tagħmir għax-xandir, kejbils, konnetturi, aċċessorji u servizzi ta' kejbils.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 106-240970
L-Avviż dwar il-Kuntratt
06/06/2018 00:00