Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Eżerċizzji fuq il-Moduli tal-Protezzjoni Ċivili, it-Timijiet ta' Assistenza Tekn...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG for European Civil Protection and Humanitarian Aid Opera...
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
04/05/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
26/06/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
ECHO/A2/SER/2018/13
Eżerċizzji fuq il-Moduli tal-Protezzjoni Ċivili, it-Timijiet ta' Assistenza Teknika u Appoġġ, Kapaċitajiet oħra ta' Rispons u t-Timijiet tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni Ewropea – Ċiklu 10
It-tfassil, l-ippjanar, it-tmexxija u l-awto-evalwazzjoni ta' ezerċizzji speċifiċi għall-moduli tal-protezzjoni ċivili, kapaċitajiet oħra ta' rispons irreġistrati fis-Sistema Komuni ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni f'każ ta' Emerġenza (CECIS), fit-Tim ta' Assistenza Teknika u Appoġġ (TAST) u t-Timijiet tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni Ewropea (EUCPT).
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
04/05/2018 00:00
26/06/2018 23:59
03/07/2018 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
3 eżerċizzji li jsiru madwar il-mejda u eżerċizzju 1 tar-realtà virtwali
It-tfassil, l-ippjanar, it-tmexxija u l-awto-evalwazzjoni ta' tliet eżerċizzji li jsiru madwar il-mejda għall-persunal ewlieni tal-moduli tal-protezzjoni ċivili, kapaċitajiet oħra ta' rispons,it-timijiet ta' assistenza teknika u appoġġ (TAST) u l-esperti ta' tim tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni Ewropea (EUCPT) u t-tfassil, l-ippjanar u t-tmexxija ta' eżerċizzju wieħed ibbażat fuq ir-realtà virtwali għall-mexxejja potenzjali tat-timijiet ta' EUCPT.
Il-lott 2
3 eżerċizzji fuq il-post
It-tfassil, l-ippjanar, it-tmexxija u l-awto-evalwazzjoni ta' tliet eżerċizzji fuq il-post primarjament tal-ħiliet għolja għall-ippumpjar, il-purifikazzjoni tal-ilma, is-sejba u l-ikkampjunar CBRN, is-salvataġġ mill-għargħar b'użu tad-dgħajjes, it-trażżin tal-għargħar, il-moduli dwar il-ġlieda tan-nar tal-foresti u kapaċitajiet oħra ta' rispons.
Il-lott 3
4 eżerċizzji fuq il-post
It-tfassil, l-ippjanar, it-tmexxija u l-awto-evalwazzjoni ta' erba' eżerċizzji fuq il-post għat-tiftix u s-salvataġġ medju/qawwi urban (USAR), l-USAR fil-kundizzjonijiet CBRN (CBRNUSAR) u kapaċitajiet oħra ta' rispons.
Il-lott 4
2 eżerċizzji fuq il-post
It-tfassil, l-ippjanar, it-tmexxija u l-awto-evalwazzjoni ta' żewġ eżerċizzji fuq il-post għall-esperti ta' tim tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni Ewropea (EUCPT) u timijiet ta' assistenza teknika u appoġġ (TAST).
Il-lott 5
2 eżerċizzji mediċi fuq il-post
It-tfassil, l-ippjanar, it-tmexxija u l-awto-evalwazzjoni ta' żewġ eżerċizzju fuq il-post għal stazzjonijiet mediċi avvanzati bl-operazzjonijiet jew mingħajrhom (AMP-S), timijiet mediċi ta' emerġenza (TME), sptar fuq il-post (FHOS), evakwazzjoni medika bl-ajru għall-vittmi tad-diżastri (MEVAC), kapaċitajiet oħra ta' rispons, tim ta' assistenza teknika u appoġġ (TAST) u esperti ta' tim tal-protezzjoni ċivili Ewropew (EUCPT).
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 086-192629
L-Avviż dwar il-Kuntratt
04/05/2018 00:00