Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

La date limite de réception des offres est postposée au 09/07/2018 à 17h00. La date d'ouverture des offres est postposée au 10/07/2018 à 10:00
It-titlu:
Servizzi ta' ġarr ta' pakketti u pubblikazzjonijiet minn Brussell lejn il-bqija ...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, Office for Infrastructure and Logistics in Brussels (OIB)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
16/05/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
09/07/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
OIB.02/PO/2018/002/747
Servizzi ta' ġarr ta' pakketti u pubblikazzjonijiet minn Brussell lejn il-bqija tad-dinja u viċe versa
Is-servizzi se jinvolvu l-ġbir ta' oġġetti differenti (pubblikazzjonijiet u oġġetti oħra għall-kunsinna fl-għamla ta' pakketti, palits, kaxxi u tipi oħra ta' ppakkjar), il-ġarr u l-kunsinna tagħhom lil dawk li se jirċevuhom, l-assigurazzjoni, il-formalitajiet u l-ispejjeż amministrattivi u tad-dwana li jiġu wara, kif ukoll il-ħtiġijiet ta' ppakkjar partikolari skont il-leġislazzjoni fil-pajjiżi ta' destinazzjoni. Fil-maġġoranza tal-każijiet, l-oġġetti għall-kunsinna jitħejjew fuq palits miksija. Il-kunsinni minn Brussell jitwettqu mill-bini okkupat mill-posta ċentrali tal-Kummissjoni biex jintbagħtu fl-4 żoni destinatarji: iż-żona 1 (l-UE u l-EFTA), iż-żona 2 (pajjiżi Ewropej oħra), iż-żona 3 (il-pajjiżi tal-Ftehim Nord-Amerikan għall-Kummerċ Ħieles NAFTA) u ż-żona 4 (il-bqija tad-dinja).
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ftehim ta' qafas
http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm
Prezz
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Dak li jitfa' l-offerta għandu jehmeż mal-offerta tiegħu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha mitluba fil-punt III.1 "Il-kundizzjonijiet għas-sehem" ta' dan l-avviż u elenkati fl-Anness I "Lista ta' kontroll ta' dokumenti li jridu jiġu kkompletati u pprovduti" tal-ispeċifikazzjonijiet. Dak li jitfa' l-offerta għandu jehmeż stqarrija fuq l-unur ffirmata kif xieraq u bid-data li turi li ma jinsabx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li tista' żżommu milli jieħu sehem f'kuntratt mogħti mill-Unjoni Ewropea. L-istqarrija fuq l-unur għandha tieħu l-għamla tal-mudell ippubblikat fil-paġna li ġejja, fis-sħuħija tagħha: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm NB: dak li jirbaħ il-kuntratt irid jagħti d-dokumenti li ġejjin bħala prova biex jappoġġja l-istqarrija fuq l-unur qabel l-iffirmar tal-kuntratt, inkella jitwarrab. NB: jekk ikunu gruppi li jirbħu l-offerta, huma jridu jipprovdu stqarrija fuq l-unur flimkien ma' dokumenti u informazzjoni bħala prova għal kull membru individwali.
Dak li jitfa' l-offerta jrid jipprovdi: — kopja tar-rendikonti finanzjarji (il-karti bilanċjali u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf) għat-3 snin finanzjarji li għaddew, li juru l-qligħ fis-sena qabel it-taxxa. Jekk, minħabba xi raġuni valida, dak li jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jagħtihom, għandu jehmeż rendikont tal-qligħ fis-sena qabel it-taxxa tal-aħħar 3 snin. Jekk ir-rendikonti finanzjarji jew l-istqarrija juru medja ta' telf matul l-aħħar 3 snin, dak li jitfa' l-offerta għandu jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal garanzija xierqa mingħand terza entità (pereżempju, il-kumpanija ewlenija), stqarrijiet mingħand l-awdituri, akkawntants iċċertifikati jew ekwivalenti, — stqarrija dwar id-dħul kollu annwali matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji.
Biex jintgħażel, dak li jitfa' l-offerta għandu jagħti prova tad-dħul medju ġenerali ta' 200 000 EUR għal dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji.
Dak li jitfa' l-offerta jrid jipprovdi: — lista tas-servizzi ewlenin li twettqu fl-aħħar 3 snin f'dan il-qasam, b'tifsira qasira tal-volum tas-servizzi pprovduti u d-dettalji tal-ammonti, id-dati u l-ismijiet ta' dawk li rċevew l-oġġetti għall-kunsinna. Għall-immaniġġjar tal-kwalità: Dak li jitfa' l-offerta jista' jagħti prova tal-eżistenza ta' organizzazzjoni bbażata fuq sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità li tissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti tal-istandard ISO 9001: —kemm billi jipprovdi l-kopja taċ-ċertifikat ISO 9001 li tispeċifika l-qasam kopert u l-korp akkreditat li ħareġ iċ-ċertifikat, — kemm billi jipprovdi l-kopja ta' kull riferiment ieħor ekwivalenti li l-applikazzjoni tiegħu tista' tkun suġġetta, wara awditu minn parti terza, għal rikonoxximent bħal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni jew approvazzjoni, — kif ukoll billi jipprovdi dokumentazzjoni tas-sistema tal-immaniġġjar tal-kwalità implimentata minn dak li jitfa' l-offerta, b'impenn miktub u ffirmat tal-persuna awtorizzata li taħtar l-intrapriża; din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi mill-inqas: —— il-politika tal-kwalità u l-objettivi "kwalità", —— sistema dokumentarja (il-kontroll tad-dokumenti interni u esterni, il-kontroll tar-reġistrazzjonijiet, il-kontroll tan-nuqqasijiet ta' konformità, azzjonijiet preventivi, azzjonijiet korrettivi u awditi interni), —— mappa u definizzjoni tal-proċessi li jridu jiġu applikati, —— sistema ta' verifika (awditu intern,...), —— sistema ta' analiżi tar-riżultati (reviżjoni tal-maniġment, ilmenti, mistoqsijiet, sodisfazzjon, indikaturi,...). Għall-immaniġġjar ambjentali: Dak li jitfa' l-offerta jrid jipprovdi ċertifikazzjoni ISO 14001, jew EMAS jew ekwivalenti fil-qasam tat-trasport u r-riżorsi/il-loġistika. L-ekwivalenza se tkun pjan ta' mmaniġġjar tal-ambjent miktub u vvalidat mill-maniġment (eż. il-bord amministrattiv) li jniżżel l-attivitajiet ikkritikati, il-mezzi (jew il-politika) implimentati, it-titjib previst, u kull informazzjoni oħra dwar ir-riżultati.
Dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi prova ta' mill-inqas 2 000 kunsinna fis-sena, li jkopru mill-inqas 15-il pajjiż Ewropew.
Miri li Jridu Jintlaħqu
16/05/2018 00:00
09/07/2018 17:00
10/07/2018 10:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 121-275186
Tiswija
27/06/2018 00:00
2018/S 106-240968
Tiswija
06/06/2018 00:00
2018/S 092-207889
L-Avviż dwar il-Kuntratt
16/05/2018 00:00