Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servizzi ta' londri, tindif fix-xott u manutenzjoni ta' oġġetti li jsiru mill-għ...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, Office for Infrastructure and Logistics in Brussels (OIB)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
01/08/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
14/09/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
OIB.02/PO/2018/034/769
Servizzi ta' londri, tindif fix-xott u manutenzjoni ta' oġġetti li jsiru mill-għażel u ħwejjeġ għall-crèches, faċilitajiet għall-kura tat-tfal u servizzi formali għall-forniment tal-ikel tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell
Din is-sejħa għall-offerti hija għal servizzi ta' londri, tindif fix-xott u manutenzjoni ta' oġġetti tal-għażel u ħwejjeġ għall-crèches, faċilitajiet għall-kura tat-tfal u servizzi formali ta' forniment tal-ikel tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ftehim ta' qafas
http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm
Prezz
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Dak li jitfa' l-offerta għandu jehmeż mal-offerta tiegħu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-punt III.1 "Il-kundizzjonijiet għas-sehem" ta' dan l-avviż u elenkati fl-Anness I "Lista ta' kontroll ta' dokumenti li jridu jiġu kkompletati u pprovduti" tal-ispeċifikazzjonijiet.Dak li jitfa' l-offerta għandu jehmeż stqarrija solenni iffirmata kif xieraq u bid-data li turi li ma jinsabx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li tista' żżommu milli jieħu sehem f'kuntratt mogħti mill-Unjoni Ewropea. L-istqarrija solenni trid issir fl-għamla tal-mudell ippubblikat fil-paġna li ġejja, fis-sħuħija tagħha: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfmNB: dak li jirbaħ il-kuntratt irid jagħti d-dokumenti li ġejjin bħala prova biex jappoġġja l-istqarrija solenni tiegħu qabel l-iffirmar tal-kuntratt, inkella jitwarrab.NB: jekk ikunu gruppi li jirbħu l-offerta, huma jridu jipprovdu stqarrija solenni flimkien ma' dokumenti u informazzjoni bħala prova għal kull membru individwali tal-grupp.
Dak li jitfa' l-offerta jrid jipprovdi:— kopja tal-istqarrijiet finanzjarji (il-karti bilanċjali u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf) għas-sentejn (2) finanzjarji li għaddew, li juru l-qligħ annwali qabel it-taxxa. Jekk, għal raġuni valida, dak li jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jipprovdihom, huwa jrid jinkludi stqarrija tal-qligħ annwali qabel it-taxxa għas-sentejn (2) finanzjarji li għaddew. Jekk l-istqarrijiet finanzjarji jew id-dikjarazzjoni juru telf medju tul l-aħħar sentejn (2), allura dak li jitfa' l-offerta għandu jipprovdi dokument ieħor bħala prova tal-qagħda finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħala garanzija xierqa minn terzi partijiet (pereżempju, il-kumpanija ewlenija), jew stqarrijiet minn awdituri, akkawntants iċċertifikati jew ekwivalenti,— stqarrija dwar id-dħul annwali speċifiku għall-qasam kopert minn dan l-avviż dwar kuntratt u li sar matul l-aħħar sentejn (2) finanzjarji.
Informazzjoni u formalitajiet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati:— dak li jitfa' l-offerta għandu jipprovdi eżempji ta' kuntratti simili fosthom:—— eżempju tas-servizzi ta' londri skont il-kilogramm pprovdut lill-istess klijent,— eżempju tas-servizzi ta' londri skont l-oġġett ipprovdut lill-istess klijent.— ċertifikazzjoni fl-immaniġġjar tal-kwalità (pereżempju, l-ISO 9001 jew kwalunkwe ċertifikazzjoni ekwivalenti); jew, jekk dak li jitfa' l-offerta ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti taż-żmien stabbilit, provi oħra ta' miżuri ekwivalenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità pprovduti minnu stess,— ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-iġjene u l-prevenzjoni kontra l-kontaminazzjoni mikrobijoġika tat-tessuti (pereżempju, RABC jew kwalunkwe ċertifikazzjoni ekwivalenti); jew, jekk dak li jitfa' l-offerta ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti taż-żmien stabbiliti, kull mezz ieħor ta' prova mressqa mill-kumpanija biex jiggarantixxu l-kwalità tal-iġjene lil hinn minn kull kritika.
3 eżempji ta' kuntratti simili fosthom:— mill-inqas eżempju 1 ta' servizzi ta' londri skont il-kilogramm pprovdut lill-istess klijent li jkopri volum ta' mill-inqas 43 000 kg fis-sena,— mill-inqas eżempju 1 ta' servizzi ta' londri skont l-oġġett ipprovdut lill-istess klijent li jkopri volum ta' mill-inqas 28 000 oġġett fis-sena.
Miri li Jridu Jintlaħqu
01/08/2018 00:00
14/09/2018 15:00
17/09/2018 10:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 146-333501 L-Avviż dwar il-Kuntratt 01/08/2018 00:00