Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Servizzi tal-immaniġġjar tad-dokumenti
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Union Intellectual Property Office (EUIPO)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
21/07/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
03/09/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
AO/003/18
Servizzi tal-immaniġġjar tad-dokumenti
L-1 Lott — Servizzi ta' appoġġ għall-attivitajiet tal-EUIPO relatati mal-arkivjar, l-immaniġġjar u t-tqassim ta' dokumenti, korrispondenza u pakketti u l-Wubbo de Boer Inter@ctive Centre.It-2 lott — Servizzi relatati mal-ipproċessar ta' korrispondenza li tkun waslet jew ġiet prodotta mill-EUIPO, jew b'mod manwali jew b'mod elettroniku, kif ukoll l-immaniġġjar diġitali ta' dokumenti u dejta.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Lott wieħed jew aktar
Ftehim ta' qafas
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Miri li Jridu Jintlaħqu
21/07/2018 00:00
03/09/2018 13:00
05/09/2018 11:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Servizzi ta' appoġġ għall-attivitajiet tal-EUIPO relatati mal-arkivjar, l-immaniġġjar u t-tqassim ta' dokumenti, korrispondenza u pakketti u l-Wubbo de Boer Inter@ctive Centre
L-1 lott — L-iskop tal-parti tal-kuntratt relatata mal-1 lott jinkludi l-provvista ta' servizzi operattivi, servizzi speċifiċi u servizzi oħra relatati mal-immaniġġjar tal-arkivji, it-tqassim intern, ir-reprografija ċentrali u l-attivitajiet tal-Wubbo de Boer Inter@ctive Centre ("WdB IC").Is-servizzi operattivi huma dawk mogħtija fuq bażi kontinwa u jinkludu dan li ġej:— l-immaniġġjar tal-arkivji, kemm ġewwa u kemm barra l-faċilitajiet tal-EUIPO,— it-tqassim intern (posta, pakketti, pubblikazzjonijiet u oġġetti oħra),— ir-reprografija ċentrali,— servizzi fil-Wubbo de Boer Inter@ctive Centre li jinkludu l-kamra tal-qari għall-konsultazzjoni ta' materjal biblijografiku, flimkien mal-faċilitajiet ta' ħżin li jinsabu ħdejha u l-kmamar li jintużaw għal attivitajiet differenti (multi-purpose).Barra minn dan, l-iskop tal-kuntratt jinkludi servizzi speċifiċi, bħall-manutenzjoni ta' moduli għall-arkivjar jew ix-xiri, twellija jew kiri ta' materjal. Xi drabi, l-EUIPO jista' jitlob lill-kuntrattur biex jipprovdi servizzi oħra relatati mal-għan ta' dan il-kuntratt. Is-servizzi li bħalissa huma koperti minn kuntratti oħra magħmula mill-EUIPO jmorru lil hinn mill-iskop ta' din l-istedina għall-offerti.
Il-lott 2
Servizzi relatati mal-ipproċessar ta' korrispondenza li tkun waslet jew ġiet prodotta mill-EUIPO, jew b'mod manwali jew b'mod elettroniku, kif ukoll l-immaniġġjar diġitali ta' dokumenti u dejta
It-2 lott — L-għan tat-2 lott hu l-provvista ta' servizzi relatati mal-ipproċessar ta' korrispondenza li tkun waslet jew ġiet prodotta mill-EUIPO, jew b'mod manwali jew b'mod elettroniku, kif ukoll il-provvista ta' servizzi relatati mal-immaniġġjar diġitali ta' dejta.Għal skopijiet ta' informazzjoni, is-servizzi ewlenin inklużi f'din l-offerta huma dawn li ġejjin:— l-1 servizz: Immaniġġjar ta' korrispondenza u pakketti li jaslu u li jintbagħtu fil-EUIPO,— it-2 servizz: Diġitalizzazzjoni u/jew ipproċessar diġitali ta' korrispondenza,— it-3 servizz: Tqassim diġitali ta' korrispondenza (Mail Dispatch),— ir-4 servizz: Kodifikazzjoni ta' dejta (Key-In),— il-5 servizz: Identifikazzjoni tal-pagamenti,— is-6 servizz: Rabta ta' pagamenti.Madankollu, it-tqassim tas-servizz ma jfissirx li kull waħda minn dawn l-attivitajiet tista' titwettaq b'mod separat. Fil-fatt, ċerti servizzi jiddependu fuq l-implimentazzjoni minn qabel ta' servizzi oħra, filwaqt li oħrajn jistgħu jitwettqu b'mod parallel.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 139-316711
L-Avviż dwar il-Kuntratt
21/07/2018 00:00