Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti
Tagħrif
In-numru ta' referenza tas-sejħa għall-offerti
HOME/2018/ISFP/PR/THB/0000
It-titlu
Studji fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin - l-1, it-2 u t-3 Lott
Deskrizzjoni
L-għan tal-istudji huwa li:— jirrevedu b'mod sistematiku l-funzjonament tal-mekkaniżmi ta' riferiment nazzjonali u transnazzjonali fl-Istati Membri kollha tal-UE,— jikkalkulaw l-ispiża ekonomika, soċjali u umana tat-traffikar tal-bnedmin fl-UE u mhux globalment,— jeżaminaw l-impatt tal-approċċ tal-UE fil-ġlieda kontra t-traffikar għall-isfruttament sesswali, u jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-pajjiżi tal-UE.Dawn l-istudji ġew identifikati mill-kummissjoni bħala wħud mill-azzjonijiet ewlenin fil-komunikazzjoni tal-2017 sabiex tappoġġja l-ħidma tal-Istati Membri, tal-partijiet interessati u tal-Kummissjoni Ewropea f'dan il-qasam.
It-Tip ta' Kuntratt
Servizzi
It-Tip ta' Proċedura
Proċedura Miftuħa
L-istatus
Magħluq
Ippubblikati fit-TED
Metodu ta' Sottomissjoni
Elettroniku
Jistgħu jiġu sottomessi offerti
Lott wieħed jew aktar
Maximum number of lots
Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim ta' qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DSX)
Kuntratt pubbliku
Indirizz tal-profil tax-xerrej: (URL)
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Suitability to pursue the professional activity, including requirements relating to enrolment on professional or trade registers
Economic and financial standing - List and brief description of selection criteria
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Economic and financial standing- Minimum level(s) of standards possibly required
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Technical and professional ability - List and brief description of selection criteria
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Technical and professional ability - Minimum level(s) of standards possibly required
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Miri li Jridu Jintlaħqu
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED
06/10/2018 00:00
Id-Data tal-Għeluq tal-Mistoqsija
12/11/2018 10:30 UTC+01:00
Id-Data tal-Għeluq tat-Tweġiba
14/11/2018 23:00 UTC+01:00
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti
16/11/2018 16:00
Il-kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti (id-data)
20/11/2018 15:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott
It-titlu
Deskrizzjoni
Il-lott 1
Studju dwar "Ir-Reviżjoni tal-Funzjonament tal-Mekkaniżmi ta' Riferiment Nazzjonali u Transnazzjonali tal-Istati Membri"
L-istudju huwa mistenni:— jagħti ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha tal-UE dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmi ta' riferiment nazzjonali u, fejn rilevanti, transnazzjonali,— jipprovdi prattiki tajba, mudelli u eżempji tal-funzjonament ta' mekkaniżmi ta' riferiment nazzjonali u transnazzjonali,— jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi fir-rigward tat-titjib tal-funzjonament tal-mekkaniżmi ta' riferiment nazzjonali u transnazzjonali għall-interess tal-vittmi, bil-ħsieb li jgħinu lill-Istati Membri meta jimplimentaw id-Direttiva 2011/36/UE u jagħtu pariri lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-lott 2
Studju dwar "L-Ispejjeż Ekonomiċi, Soċjali u Umani tat-Traffikar"
Dan l-istudju jrid:— iwettaq analiżi tal-letteratura komprensiva dwar l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u umani tat-traffikar, filwaqt li jqis l-informazzjoni u l-metodoloġiji fejn disponibbli fl-Istati Membri tal-UE. Dan irid jinkludi stimi rilevanti espressi f'Euro,— jirriżulta f'analiżi kritika tal-mudelli u l-metodoloġiji disponibbli u jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar metodi possibbli li għandhom jintużaw fl-UE,— iqis il-letteratura disponibbli u speċifikament l-istudju kkummissjonat mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi bit-titlu "Studju dwar għażliet ta' metodoloġija u analiżi ekonomika tal-ispejjeż tal-Vjolenza Sessista (GBV) fl-Unjoni Ewropea" u d-dokument ta' sfond tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità, Introduzzjoni għat-Traffikar tal-Bnedmin: vulnerabbiltà, impatt u azzjoni (2008),— jiffoka fuq it-traffikar tal-bnedmin u mhux fuq il-vjolenza b'mod ġenerali jew fuq il-vjolenza kontra n-nisa biss. Minbarra hekk, l-istudju jrid juri approċċ speċifiku għall-ġeneru u jiżgura li l-ġeneru jiġi integrat matul l-analiżi kollha tiegħu,— approċċ għat-traffikar tal-bnedmin bħala forma serja ta' kriminalità u ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet. Il-forom kollha ta' sfruttament fil-kuntest tat-traffikar tal-bnedmin għandhom jiġu indirizzati b'mod ugwali.
Il-lott 3
Studju dwar "L-Impatt tal-Approċċ tal-UE għall-Ġlieda kontra t-Traffikar għall-Isfruttament sesswali"
L-istudju jrid:— jipprovdi analiżi legali kritika fil-fond ta' kif it-traffikar għall-isfruttament sesswali huwa indirizzat fl-istrumenti legali tal-UE,— iwassal valutazzjoni kritika u bbilanċjata ta' kif qed jiġi indirizzat it-traffikar għall-isfruttament sesswali fil-qafas tal-politika tal-UE billi jiġu eżaminati l-istrumenti adottati minn diversi istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE,— jipprovdi analiżi kritika u bbilanċjata tal-mod u l-livell sa fejn il-qafas legali u politiku tal-UE affettwa l-politiki u l-prassi nazzjonali,— iwassal analiżi kritika u bbilanċjata tal-punti tajbin u dgħajfin tal-qafas legali u politiku tal-UE dwar l-indirizzar tal-isfruttament sesswali,— iqis is-sejbiet tal-istudju dwar id-dimensjonijiet tas-sessi tat-traffikar tal-bnedmin, l-istudju dwar ir-reviżjoni komprensiva tal-politika tal-proġetti kontra t-traffikar iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea u r-rapport tal-utenti.
Avviżi
Ir-referenza
Tip ta’ avviż
Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 193-435447
L-Avviż dwar il-Kuntratt
06/10/2018 00:00