Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Taħriġ fit-teknoloġija tal-kompjuter fil-klassi u Tagħlim elettroniku
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Investment Bank (EIB)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
22/09/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
24/10/2018
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
CFT-1489
Taħriġ fit-teknoloġija tal-kompjuter fil-klassi u Tagħlim elettroniku
Il-BEI qiegħed iniedi din is-sejħa għall-offerti bil-għan li jagħti oqfsa ta' ftehim lil fornituri ta' servizzi li se jagħtu taħriġ varju relatat mat-TI lill-impjegati tal-BEI jew permezz ta' sessjonijiet kollettivi ta' taħriġ formali jew ta' korsijiet ta' Tagħlim elettroniku. Din is-sejħa għall-offerti hi maqsuma f'2 lottijiet:Lott 1: Korsijiet ta' Taħriġ tal-Għodod tal-Microsoft (pereżempju Microsoft Word jew Excel);Lott 2: Korsijiet ta' Taħriġ fit-TI minbarra l-Għodod tal-Microsoft.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
22/09/2018 00:00
10/10/2018 23:59
Ma jgħoddx
24/10/2018 23:59
26/10/2018 14:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Korsijiet ta' Taħriġ tal-Għodod tal-Microsoft Il-Bank qiegħed ifittex fornituri ta' servizz b'esperjenza sostanzjali fl-iżvilupp u l-għoti ta' taħriġ fit-TI ta' kwalità għolja f'ambjent internazzjonali għal kumpaniji privati kbar u/jew organizzazzjonijiet pubbliċi.Is-sejħa għall-offerti għandha l-għan li toffri taħriġ varju fit-TI lill-impjegati kollha tal-BEI permezz ta' dan li ġej:— Id-disinn u l-adattament għall-bżonnijiet tal-BEI ta' korsijiet ta' taħriġ, laqgħat ta' diskussjoni, għodod u materjali.— Il-provvista ta' korsijiet ta' taħriġ għall-gruppi, laqgħat ta' diskussjoni, għodod u materjali.— Il-provvista u l-implimentazzjoni ta' korsijiet ta' Tagħlim elettroniku disponibbli faċilment u immedjatament.— Id-disinn, l-għoti u l-implimentazzjoni ta' korsijiet ta' Tagħlim elettroniku mfasslin apposta.Is-servizzi pprovduti taħt dan il-lott għandhom l-għan li joffru lill-parteċipanti (l-aktar l-utenti finali) taħriġ prattiku u li jipprovduhom bil-ħiliet neċessarji għall-użu effiċjenti tal-għodod tat-TI tal-Microsoft li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom fil-postijiet tax-xogħol tagħhom fil-BEI.
Il-lott 2 Korsijiet ta' Taħriġ fit-TI minbarra l-Għodod tal-Microsoft Il-Bank qiegħed ifittex fornituri ta' servizz b'esperjenza sostanzjali fl-iżvilupp u l-għoti ta' taħriġ fit-TI ta' kwalità għolja f'ambjent internazzjonali għal kumpaniji privati kbar u/jew organizzazzjonijiet pubbliċi.Is-sejħa għall-offerti għandha l-għan li toffri taħriġ varju fit-TI lill-impjegati kollha tal-BEI permezz ta' dan li ġej:— Id-disinn u l-adattament għall-bżonnijiet tal-BEI ta' korsijiet ta' taħriġ, laqgħat ta' diskussjoni, għodod u materjali.— Il-provvista ta' korsijiet ta' taħriġ għall-gruppi, laqgħat ta' diskussjoni, għodod u materjali.— Il-provvista u l-implimentazzjoni ta' korsijiet ta' Tagħlim elettroniku disponibbli faċilment u immedjatament.— Id-disinn, l-għoti u l-implimentazzjoni ta' korsijiet ta' Tagħlim elettroniku mfasslin apposta.Is-servizzi pprovduti taħt dan il-lott għandhom l-għan li joffru lill-parteċipanti taħriġ prattiku u jippermettulhom li jaħdmu b'mod iktar effiċjenti bl-użu ta' għodod, softwer u teknoloġija minn produtturi oħra barra mill-Microsoft.Dan jista' jirreferi għall-bżonnijiet tal-utenti finali regolari għall-għodod użati l-iktar ta' spiss fil-BEI, kif ukoll taħriġ tekniku fil-fond u fil-ħin għall-amministraturi u utenti tal-għodod back-end f'timijiet ta' appoġġ fit-TI u tas-sistemi.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 183-413249 L-Avviż dwar il-Kuntratt 22/09/2018 00:00