Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Kuntratti ta' konċessjoni għall-użu ta' 2 ħwienet tar-rivisti fil-bini tal-...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
Council of the European Union
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
07/11/2018
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
21/01/2019
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
UCA 18/056
Kuntratti ta' konċessjoni għall-użu ta' 2 ħwienet tar-rivisti fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Konklużjoni ta' 2 konċessjonijiet għall-użu ta' ħwienet tar-rivisti f'2 binjiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Justus Lipsius u Lex).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Secrétariat général (aktar 'il quddiem Secrétariat) għandu 2 postijiet fil-binjiet Justus Lipsius u Lex rispettivament, iddedikati għall-użu tal-ħwienet tar-rivisti.

Attwalment, jinsab għaddej kuntratt ta' konċessjoni għall-użu taż-2 postijiet u dan wasal biex jiskadi fil-31.12.2018. Il-kuntratt(i) futur(i) ser jidħol/jidħlu fis-seħħ fl-1.1.2019 jew fid-data meta jiġu ffirmati l-kuntratti l-ġodda.

Servizzi
Proċedura kompetittiva bin-negozjati
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
07/11/2018 04:00
21/01/2019 23:59
04/12/2018 23:59
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
Konklużjoni ta' konċessjoni għall-użu ta' ħanut tar-rivisti fil-bini Justus Lipsius tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Is-Secrétariat qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-konċessjonarju sabiex jiżgura l-attività tiegħu fil-bini Justus Lipsius:

— lokal għall-bejgħ fis-sular t'isfel ta' madwar 59 m2,

— lokal għall-ħżin fis-sular t'isfel ta' madwar 17 m2.

Il-bini Justus Lipsius huwa frekwentat minn madwar 4 000 persuna kuljum, li minnhom madwar 2 200 huma impjegati jew okkupanti permanenti oħra.

Il-lokal li huwa disponibbli għall-bini Justus Lipsius jinsab f'parti ċentrali tal-bini, fuq l-istess livell tad-daħla prinċipali, f'żona semi pubblika (bid-dħul suġġett għal kontrolli ta' sigurtà) fil-viċin immedjat tar-reception u tal-akkreditazzjoni minn fejn kuljum jgħaddu għadd mhux ħażin tal-okkupanti u ta' dawk li jżuru l-binja. Huma jinstabu wkoll fuq il-passaġġ tal-aċċess prinċipali lejn kafetterija u ristorant, il huma 2 mill-aktar punti importanti għall-ikel f'dan il-bini tas-Secrétariat.

Is-servizzi li għandhom ikunu offruti ser jinkludu prinċipalment:

— il-bejgħ ta' gazzetti, rivisti u ta' kotba,

— ikun hemm punt ta' servizzi postali ('punt tal-posta'),

— il-bejgħ ta' bolol u ta' kartolini.

Il-lott 2
Konklużjoni ta' konċessjoni għall-użu ta' ħanut tar-rivisti fil-bini Lex tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Is-Secrétariat qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-konċessjonarju sabiex jiżgura l-attività tiegħu fil-bini Lex:

— lokal għall-bejgħ fis-sular t'isfel ta' madwar 68 m2

— lokal għall-ħżin fis-sular t'isfel ta' madwar 10 m2

Il-bini Lex huwa frekwentat minn medja ta' kuljum ta' madwar 1 300 persuna, li minnhom 1 100 huma okkupanti permanenti.

Il-lokal li huwa disponibbli għall-bini Lex jinsab f'parti ċentrali tal-bini, fuq l-istess livell tad-daħla prinċipali, f'żona semi pubblika (bid-dħul suġġett għal kontrolli ta' sigurtà) fil-viċin immedjat tar-reception u tal-akkreditazzjoni minn fejn kuljum jgħaddu għadd mhux ħażin tal-okkupanti u ta' dawk li jżuru l-binja. Huma jinstabu wkoll fuq il-passaġġ tal-aċċess prinċipali lejn kafetterija u ristorant, il huma 2 mill-aktar punti importanti għall-ikel f'dan il-bini tas-Secrétariat.

Is-servizzi li għandhom ikunu offruti ser jinkludu prinċipalment:

— il-bejgħ ta' gazzetti, rivisti u ta' kotba,

— ikun hemm punt ta' servizzi postali ('punt tal-posta'),

— il-bejgħ ta' bolol u ta' kartolini.

Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2018/S 214-489574
L-Avviż dwar il-Kuntratt
07/11/2018 04:00