Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti
Tagħrif
In-numru ta' referenza tas-sejħa għall-offerti
OIB.02/PO/2018/058/785
It-titlu
Provvista ta' għamara għal żoni ta' interazzjoni soċjali u forniment tal-ikel u ta' servizzi assoċjati
Deskrizzjoni
L-għan ta' dan il-kuntratt huwa li jitwaqqaf kuntratt għall-provvista ta' għamara għal żoni ta' interazzjoni soċjali u forniment tal-ikel u ta' servizzi assoċjati.
It-Tip ta' Kuntratt
Provvisti
It-Tip ta' Proċedura
Proċedura Miftuħa
L-istatus
Magħluq
Ippubblikati fit-TED
Metodu ta' Sottomissjoni
Elettroniku
Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim ta' qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DSX)
Ftehim ta' qafas
Indirizz tal-profil tax-xerrej: (URL)
http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm
Il-metodu tal-għoti
L-aktar ekonomika
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Suitability to pursue the professional activity, including requirements relating to enrolment on professional or trade registers
Dak li jitfa' l-offerta għandu jehmeż mal-offerta tiegħu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-punt III.1) "Il-kundizzjonijiet għas-sehem" ta' dan l-avviż u elenkati fl-Anness I "Lista ta' kontroll ta' dokumenti li jridu jitlestew u jiġu pprovduti" tal-ispeċifikazzjonijiet.Dak li jitfa' l-offerta għandu jehmeż stqarrija solenni iffirmata kif xieraq u bid-data li turi li ma jinsabx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li tista' żżommu milli jieħu sehem f'kuntratt mogħti mill-Unjoni Ewropea. L-istqarrija solenni trid issir fl-għamla tal-mudell ippubblikat fil-paġna li ġejja, fis-sħuħija tagħha: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfmNB: dak li jirbaħ il-kuntratt irid jagħti d-dokumenti li ġejjin bħala prova biex jappoġġja l-istqarrija solenni tiegħu qabel l-iffirmar tal-kuntratt, inkella jitwarrab.NB: jekk ikunu gruppi li jirbħu l-offerta, huma jridu jipprovdu stqarrija solenni flimkien ma' dokumenti u informazzjoni bħala prova għal kull membru individwali tal-grupp.
Economic and financial standing - List and brief description of selection criteria
Dak li jitfa' l-offerta jrid jipprovdi:— kopja tar-rendikonti finanzjarji (il-karti bilanċjali u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf) għat-3 snin finanzjarji li għaddew, li juru l-qligħ fis-sena qabel it-taxxa. Jekk, minħabba xi raġuni valida, dak li jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jagħtihom, għandu jehmeż rendikont tal-qligħ fis-sena qabel it-taxxa tal-aħħar 3 snin. Jekk ir-rendikonti finanzjarji jew l-istqarrija juru medja ta' telf matul l-aħħar 3 snin, dak li jitfa' l-offerta għandu jagħti dokument ieħor bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal garanzija xierqa mingħand terza entità (pereżempju, il-kumpanija ewlenija), stqarrijiet mingħand l-awdituri, akkawntants iċċertifikati jew ekwivalenti,— stqarrija tad-dħul ġenerali fis-sena u tul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji.
Economic and financial standing- Minimum level(s) of standards possibly required
Biex jintgħażel, dak li jitfa' l-offerta għandu jiġġustifika d-dħul medju fis-sena ta' 4 800 000 EUR għal dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji.
Technical and professional ability - List and brief description of selection criteria
Dak li jitfa' l-offerta għandu:— jagħti prova tal-eżistenza ta' organizzazzjoni bbażata fuq sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità li tissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti tal-istandard ISO 9001:—— kemm billi jipprovdi l-kopja konformi taċ-ċertifikat ISO 9001 li tispeċifika l-qasam kopert u l-korp akkreditat li ħareġ iċ-ċertifikat,—— kemm billi jipprovdi l-kopja konformi ta' kull riferiment ieħor ekwivalenti li l-applikazzjoni tiegħu tista' tkun suġġetta, wara awditu minn parti terza, għal rikonoxximent bħal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni jew approvazzjoni,—— kif ukoll billi jipprovdi dokumentazzjoni tas-sistema tal-immaniġġjar tal-kwalità implimentata minn dak li jitfa' l-offerta, b'impenn miktub u ffirmat (qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż dwar kuntratt) tal-persuna awtorizzata li taħtar l-intrapriża; din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi mill-inqas:——— il-politika tal-kwalità u l-objettivi "kwalità",——— sistema dokumentarja (il-kontroll tad-dokumenti interni u esterni, il-kontroll tar-reġistrazzjonijiet, il-kontroll tan-nuqqasijiet ta' konformità, azzjonijiet preventivi, azzjonijiet korrettivi u awditi interni),——— mappa u definizzjoni tal-proċessi li jridu jiġu applikati,——— sistema ta' verifika (awditu intern,...),——— sistema ta' analiżi tar-riżultati (reviżjoni tal-maniġment, ilmenti, mistoqsijiet, sodisfazzjon, indikaturi,...),——— pjan ta' aġġustament u ta' titjib (pjan ta' negozju, pjan ta' azzjonijiet ta' tmexxija u ta' servizzi,...).
Technical and professional ability - Minimum level(s) of standards possibly required
— jipprovdi, għal dawn l-aħħar 3 snin, 3 eżempji ta' kunsinna ta' għamara għal żoni ta' interazzjoni soċjali li jistgħu jilqgħu mill-inqas 50 persuna, eżempju ta' kunsinna ta' għamara għal ristorant b'kapaċità ta' mill-inqas 60 post bilqiegħda u żewġ eżempji ta' kunsinna ta' għamara għal ristoranti fejn tinqeda waħdek b'kapaċità ta' mill-inqas 250 post bilqiegħda,— jipprovdi, għall-aħħar 3 snin, 2 eżempji ta' kunsinna ta' għamara għal żoni ta' forniment tal-ikel u ta' interazzjoni soċjali, kull wieħed f'pajjiż differenti, li ġejja mil-lista tal-pajjiżi li jridu jinqdew fil-qafas ta' dan il-kuntratt, minbarra l-Benelux.
Miri li Jridu Jintlaħqu
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED
30/01/2019 00:00
Id-Data tal-Għeluq tal-Mistoqsija
N/A
Id-Data tal-Għeluq tat-Tweġiba
N/A
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti
03/05/2019 15:00
Il-kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti (id-data)
06/05/2019 10:00
Il-lottijiet
Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi