Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti
Tagħrif
In-numru ta' referenza tas-sejħa għall-offerti
CLIMA.B.1/FRA/2012/0007
It-titlu
L-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistema tal-informazzjoni tal-iskema tal-innegozjar dwar l-emissjonijiet tal-UE.
Deskrizzjoni
L-għan tal-qafas ta' kuntratt tal-mument hu li jiżgura t-tħaddim kif suppost tas-sistemi tal-informazzjoni tal-Kummissjoni li jwieżnu l-iskema tal-innegozjar dwar l-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea, i.e. ir-Reġistru tal-Unjoni u l-'EUTL' (ir-Reġistru tat-Transazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea).Bħala parti minn dan il-qafas ta' kuntratt, il-kuntrattur għandu jipprovdi servizzi lill-Kummissjoni għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistema tal-informazzjoni tal-iskema tal-innegozjar dwar l-emissjonijiet tal-UE li titħaddem mill-Kummissjoni.Il-kuntrattur irid jipprovdi grupp ta' esperti lill-Kummissjoni li jkun xieraq, kemm fl-għadd ta' persuni kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħiliet u l-esperjenza, biex iwettqu x-xogħlijiet speċifiċi kollha mitluba mill-Kummissjoni bħala parti mill-kontenut ġenerali tal-qafas ta' kuntratt tal-mument kif imfisser fl-1 parti, fit-3 punt tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti. Il-kuntrattur għandu jiżgura wkoll li f'kull waqt matul iż-żmien ta' dan il-kuntratt, ikun hemm impjegati kkwalifikati u infurmati biex jieħdu passi dwar kull inċident li jseħħ. Dan il-qafas ta' kuntratt se jkun implimentat permezz ta' kuntratti speċifiċi li se jintlaħaq qbil dwarhom u se jkunu ffirmati mill-Kummissjoni u mill-kuntrattur. Meta l-Kummissjoni tkun tixtieq tikseb servizzi speċifiċi bħala parti minn dan il-qafas ta' kuntratt, se tagħmel ordni mal-kuntrattur. Il-kuntrattur irid ikollu l-ħila li jwettaq bosta kuntratti speċifiċi u individwali fl-istess ħin.
It-Tip ta' Kuntratt
Servizzi
It-Tip ta' Proċedura
Proċedura Miftuħa
L-istatus
Magħluq
Ippubblikati fit-TED
Il-metodu tal-għoti
Ma jgħoddx
Miri li Jridu Jintlaħqu
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED
06/04/2012 00:00
Il-limitu taż-żmien biex jaslu t-talbiet għad-dokumenti jew għall-aċċess tad-dokumenti
Ma jgħoddx
Id-Data tal-Għeluq tal-Mistoqsija
08/05/2012 23:59 UTC+02:00
Id-Data tal-Għeluq tat-Tweġiba
10/05/2012 00:00 UTC+02:00
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti
21/05/2012 23:59
Il-kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti (id-data)
30/05/2012 00:00
Il-lottijiet
Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza
Tip ta’ avviż
Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2012/S 68-110606
L-Avviż dwar il-Kuntratt
06/04/2012 00:00