Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Il-provvista ta' servizzi ta' manutenzjoni tal-bini.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
EUROJUST
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
12/04/2014
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
27/05/2014
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
2014/PO/EJ/5.
Il-provvista ta' servizzi ta' manutenzjoni tal-bini.
L-Eurojust hu responsabbli mill-manutenzjoni ta' oġġetti li jintużaw mill-persuni fil-bini u għaldaqstant jeħtieġ esperti esterni biex iwettqu din il-manutenzjoni. Barra minn hekk, għal kwalunkwe proġett marbut mal-bini li jinbeda mill-Eurojust, ikunu meħtieġa esperti li jitqabbdu minn barra għal dan l-iskop.Għaldaqstant, din il-proċedura tal-ksib se tissarraf f'kuntratt ma' fornitur tal-manutenzjoni tal-bini u l-fornitur se jkun meħtieġ li jieħu ħsieb il-bini tal-Eurojust, inkluż ix-xogħol ta' tagħmir mill-ġdid. Il-firxa tal-kuntratt se tinkludi servizzi ta' manutenzjoni ġenerali tal-faċiltajiet, l-aktar tiswijiet, aġġornamenti, kif ukoll servizzi ta' manutenzjoni għat-tagħmir tal-kċina, ħitan li jifilħu għan-nar, servizzi ta' persuna li tagħmel tiswijiet żgħar, u spezzjonijiet biex tingħata garanzija li l-bini tal-Eurojust jaħdem b'mod sigur u effiċjenti.Fl-2017 l-Eurojust qiegħed jippjana li jimxi lejn il-bini l-ġdid fejn kważi x-xogħlijiet kollha tal-manutenzjoni tal-bini se jkunu ggarantiti mill-Istat li jospitah. Minkejja dan, 10 % ta' dawn ix-xogħlijiet se jibqgħu fir-responsabbiltà tal-Eurojust; għaldaqstant, wieħed għandu jqis li bejn wieħed u ieħor, fit-tielet sena ta' dan il-kuntratt, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se tiċċaqlaq u s-servizzi se jkunu marbuta mal-bini l-ġdid.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ma jgħoddx
Miri li Jridu Jintlaħqu
12/04/2014 00:00
27/05/2014 14:00
27/05/2014 14:00
03/06/2014 14:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2014/S 073-124911
L-Avviż dwar il-Kuntratt
12/04/2014 00:00