Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG EUROSTAT
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
12/08/2019
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
23/09/2019
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
ESTAT/E/2019/006
Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport
Provvista ta' servizzi ta' appoġġ għall-istatistika tat-trasport:Lott 1: Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport tal-Merkanzija fit-Toroq;Lott 2: Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport bil-Ferrovija;Lott 3: Appoġġ għall-Istatistika tal-Mogħdijiet tal-Ilma Ġewwa l-Pajjiż;Lott 4: Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport Marittimu;Lott 5: Appoġġ għall-Istatistika dwar l-Avjazzjoni;Lott 6: Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport Reġjonali;Lott 7: Appoġġ għall-Istatistika mill-kwestjonarju komuni tal-Eurostat/ITF/UNECE;Lott 8: Appoġġ għall-iżvilupp tal-Indikaturi tad-Diviżjoni Modali u Intermodali;Lott 9: Appoġġ għall-Istatistika tas-Sigurtà tat-Trasport;Lott 10: Appoġġ għall-Istatistika tal-Mobilità tal-Passiġġieri u tat-Traffiku fit-Toroq.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Lott wieħed jew aktar
Kuntratt pubbliku
79330000
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Ara l-indirizz tal-internet ipprovdut fit-Taqsima I.3).
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Miri li Jridu Jintlaħqu
12/08/2019 00:00
23/09/2019 16:00
25/09/2019 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport tal-Merkanzija fit-Toroq L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għal aktar implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2012 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (riformulazzjoni), inkluż għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi statistika u l-metodoloġija, il-kontroll tal-kwalità, il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta.Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri: 325 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li huwa daqs madwar 1300 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (48 xahar).
Il-lott 2 Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport bil-Ferrovija L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi lill-Eurostat b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 643/2018 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, inkluż għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi statistika u l-metodoloġija, il-kontroll tal-kwalità, il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta.Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri 275 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li huwa daqs madwar 1100 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (4 snin).
Il-lott 3 Appoġġ għall-Istatistika tal-Mogħdijiet tal-Ilma Ġewwa l-Pajjiż L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-regolament fis-seħħ dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni, inkluż għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi statistika u l-metodoloġija, il-kontroll tal-kwalità, il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta.Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri:190 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li huwa daqs madwar 760 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (48 xahar).
Il-lott 4 Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport Marittimu L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għal aktar implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (inkluż emendi).Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri:340 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li huwa daqs madwar 1360 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (48 xahar).
Il-lott 5 Appoġġ għall-Istatistika dwar l-Avjazzjoni L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għal aktar implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 437/2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru (inkluż emendi li jiġu wara) u biex jingħata appoġġ għall-ġbir tad-dejta mhux regolatorja għal dan il-qasam ta' trasport.Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri:340 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li huwa daqs madwar 1 360 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (48 xahar).
Il-lott 6 Appoġġ għall-Istatistika tat-Trasport Reġjonali L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ fl-immaniġġjar tat-tagħrif reġjonali (id-dejta u l-metadejta), li jinkludi l-appoġġ fil-ġbir tad-dejta, l-analiżi statistika u x-xogħol metodoloġiku, kif ukoll l-ipproċessar tad-dejta (il-validazzjoni, l-aggregazzjoni, eċċ) u l-kontroll tal-kwalità ddettaljat tat-tagħrif dwar it-trasport reġjonali.Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri145 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li huwa daqs madwar 580 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (48 xahar).
Il-lott 7 Appoġġ għall-Istatistika mill-Kwestjonarju Komuni tal-Eurostat/ITF/UNECE L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi appoġġ għall-produzzjoni statistika bbażata fuq id-dejta li tingħata lill-Eurostat mal-Kwestjonarju komuni tal-Eurostat/ITF/UNECE.Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri:150 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li huwa daqs madwar 600 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (48 xahar).
Il-lott 8 Appoġġ għall-Iżvilupp tal-Indikaturi tad-Diviżjoni Modali u Intermodali L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp u l-produzzjoni tad-diviżjoni tal-indikaturi tat-trasport modali u intermodali.Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri:260 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li huwa daqs madwar 1 040 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (48 xahar).
Il-lott 9 Appoġġ għall-Istatistika tas-Sigurtà tat-Trasport L-għan ta' dan il-lott huwa biex jipprovdi l-Eurostat b'appoġġ għal aktar implimentazzjoni tal-istatistika tas-sigurtà tat-trasport, inkluż l-għajnuna għall-immaniġġjar tad-dejta, l-analiżi statistika u l-metodoloġija, il-kontroll tal-kwalità, il-validazzjoni u t-tixrid tad-dejta.Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri:110 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena li huwa daqs madwar 440 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (48 xahar).
Il-lott 10 Appoġġ għall-Istatistika tal-Mobilità tal-Passiġġieri u tat-Traffiku fit-Toroq L-għan fundamentali ta' dan il-lott huwa biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-istatistika tal-UE dwar l-istatistika tat-trasport tal-passiġġieri fit-toroq.Il-volum totali tax-xogħol għall-perijodu kollu tal-kuntratt huwa stmat li jkopri:110 jum f'xogħol ta' bniedem kull sena, li huwa daqs madwar 220 jum f'xogħol ta' bniedem tul il-kuntratt massimu (24 xahar).
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2019/S 154-378799 L-Avviż dwar il-Kuntratt 12/08/2019 00:00