Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Kuntratt ta' servizz għall-appoġġ tekniku għal pjattaforma tal-UE dwar l-eżisten...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG ENV+CLIMA
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
10/07/2014
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
04/09/2014
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
ENV.B.3/SER/2014/0036.
Kuntratt ta' servizz għall-appoġġ tekniku għal pjattaforma tal-UE dwar l-eżistenza konġunta bejn in-nies u karnivori kbar.
Il-kuntrattur se jkun meħtieġ li jwettaq ix-xogħlijiet li ġejjin:Ix-xogħol A — appoġġ għax-xogħol tal-pjattaformaIl-ġbir tad-dokumenti rilevanti u prattiċi tajbin:Il-kuntrattur se jgħin lill-membri tal-pjattaforma biex jidentifikaw u jiġbru eżempji ta' prattiċi tajbin għat-tnaqqis u/jew biex ikunu evitati kunflitti, u esperjenzi ta' sitwazzjonijiet fejn in-nies jirnexxielhom jgħixu flimkien ma' karnivori kbar mingħajr problemi.Għajnuna fil-pjan ta' komunikazzjoni tal-pjattaforma:Il-kuntrattur se jgħin lill-Kummissjoni u lill-membri tal-pjattaforma biex jelaboraw f'aktar dettall l-abbozz tal-pjan ta' komunikazzjoni għall-pjattaforma, li se jitqassam permezz tan-netwerk tas-sħubija dwar il-gruppi ewlenin li għandhom interess li jsawwru l-pjattaforma.Il-kuntrattur se jħejji l-abbozz u jieħu ħsieb ifassal fuljett ta' 4 paġni li jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-pjattaforma, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE minbarra l-Malti u l-Irlandiż. Il-fuljetti se jkunu stampati mill-Kummissjoni Ewropea.Ix-xogħol B — iċ-ċentru tar-riżorsi tal-pjattaformaIċ-ċentru tar-riżorsi tal-pjattaforma hu ċentru tar-riżorsi bbażat fuq l-Internet li ma jirduppjax riżorsi oħra li huma disponibbli iżda li se jipprovdi konnessjonijiet għal dawk li jaħżnu informazzjoni unika, jew informazzjoni li ma teżistix f'postijiet oħra b'mod diġitali (skont ir-restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur).Il-kuntrattur se jaġġorna u mbagħad se jieħu ħsieb is-sit tal-Internet, billi juża biss dawk it-teknoloġiji li ntużaw fl-iżvilupp tas-sit (paġni statiċi tal-HTML biss), dwar karnivori kbar, li kienu żviluppati bħala parti mill-paġni tal-Internet dwar in-natura tad-DĠ ENV.Servizz ta' mistoqsijiet li jsiru ta' spiss (FAQ):Il-kuntrattur se jieħu ħsieb taqsima ta' FAQ fuq is-sit tal-Internet għall-mistoqsijiet li għandhom x'jaqsmu mal-aqwa prattika u pariri dwar kunflitti bejn il-bnedmin u karnivori kbar.Ċirkulari li tintbagħat b'mod regolari bl-Email:Il-kuntrattur se jħejji l-abbozz ta' bulettin ta' kull xahar li jintbagħat b'Email lill-membri tal-pjattaforma li jkun fih aħbarijiet dwar żviluppi riċenti fix-xogħol intern tal-pjattaforma, u talbiet għall-informazzjoni u kontribuzzjonijiet li jsiru mill-membri tal-pjattaforma. Uħud mill-elementi ta' din iċ-ċirkulari jistgħu jittellgħu wkoll fuq is-sit tal-Internet bħala parti mill-aġġornamenti li jsiru darbtejn f'xahar. Il-ħarġiet tal-bulettin se jitqassmu mid-DĠ Ambjent lill-membri tal-pjattaforma.Ix-xogħol Ċ — laqgħatLaqgħat annwali:laqgħa annwali 1 ta' ġurnata 1 tal-pjattaforma se tilħaq 2 skopijiet: 1) analiżi tas-sitwazzjoni dwar il-progress li jkun sar fix-xogħlijiet tematiċi u jintalbu r-reazzjonijiet mingħand il-membri; u 2) opportunitajiet ta' trawwim tan-netwerk bejn il-membri tal-pjattaforma. Il-kuntrattur se jkun meħtieġ li jħejji l-lista ta' dawk li se jkunu mistiedna, l-aġenda, id-dokumenti tal-laqgħa u jipprovdi esperti li għandhom esperjenza ta' kif imexxu d-diskussjoni dwar kunflitti bejn il-bnedmin u karnivori kbar, u jħejji l-minuti.Laqgħat ta' diskussjoni u ħidma:Il-pjattaforma se tieħu deċiżjoni dwar 2 sessjonijiet ta' diskussjoni u ħidma tematiċi/reġjonali li għandhom ikunu organizzati fl-Istati Membri. Il-kuntrattur se jipprovdi għajnuna kemm lill-Kummissjoni u lill-membri tal-pjattaforma għal dawn is-sessjonijiet ta' ħidma u diskussjoni skont l-istess termini bħal tal-laqgħa annwali, i.e. l-abbozz tal-aġenda, id-dokumenti tal-laqgħa u jipprovdi esperti biex imexxu d-diskussjonijiet.Il-Kummissjoni se tipprovdi l-post għal-laqgħa annwali fi Brussell. Id-deċiżjoni dwar il-postijiet għas-sessjonijiet ta' ħidma se tittieħed mill-membri tal-pjattaforma u l-ispiża ta' dawn il-postijiet, jekk ikun hemm, se tintrefa' mill-membri tal-pjattaforma. M'hemm l-ebda spejjeż għall-ivvjaġġar jew għall-forniment tal-ikel waqt dawn il-laqgħat li jistgħu jkunu rkuprati...
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
10/07/2014
Ma jgħoddx
27/08/2014 16:30
28/08/2014
04/09/2014 16:00
18/09/2014 10:30
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2014/S 130-231897 L-Avviż dwar il-Kuntratt 10/07/2014