Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Paritajiet tas-Saħħa tal-Infiq (PPP) għall-Prodotti Kapitali u s-Servizzi tal-Is...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG EUROSTAT
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
20/04/2020
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
04/06/2020
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
ESTAT/LUX/2020/OP/0006
Paritajiet tas-Saħħa tal-Infiq (PPP) għall-Prodotti Kapitali u s-Servizzi tal-Isptarijiet
Paritajiet tas-saħħa tal-infiq (PPP) għall-prodotti kapitali u s-servizzi tal-isptarijiet. Il-paritajiet tas-saħħa tal-infiq (PPPs) huma indikaturi tad-differenzi fil-livell tal-prezzijiet bejn il-pajjiżi. Din is-sejħa tkopri l-koordinazzjoni tas-servejs dwar il-prezzijiet fuq oġġetti ta' tagħmir, servejs dwar il-kostruzzjoni u l-prezzijiet fuq is-servizzi tal-isptarijiet.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Il-lottijiet kollha
Kuntratt pubbliku
79330000
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Ara l-indirizz tal-Internet ipprovdut fit-Taqsima I.3)
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist
Miri li Jridu Jintlaħqu
20/04/2020 00:00
04/06/2020 16:00
08/06/2020 09:30
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Il-Koordinazzjoni tas-Servej tal-PPP dwar il-Prezzijiet tal-2021 fuq Oġġetti ta' Tagħmir Dan il-lott jikkonċerna l-koordinazzjoni tas-servejs dwar il-prezzijiet ta' oġġetti ta' tagħmir, li huwa wieħed miż-żewġ servejs dwar il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss. L-oġġetti ta' tagħmir jirrappreżentaw sehem kbir mill-formazzjoni grossa tal-kapital fiss, inkluż il-makkinarju, it-tagħmir elettriku u ottiku, it-tagħmir għat-trasport u s-softwer. Is-servej dwar il-prezzijiet ta' oġġetti ta' tagħmir jitwettaq kull tieni sena. Dan il-lott ikopri s-servej li se jitwettaq fl-2021. Tħejjijiet għal dan is-servej jibdew fl-2020 filwaqt li l-validazzjoni tas-servej se tingħalaq fl-2022.Ix-xogħol ikopri s-servej fis-37 pajjiżi kollha li qegħdin jieħdu sehem (ara "Informazzjoni ġenerali dwar il-lottijiet kollha") flimkien ma' xi xogħol għall-Georgia u l-Ukrajna bħala parteċipanti fl-ICP permezz tal-programm tal-PPP Eurostat-OECD.
Il-lott 2 Il-Koordinazzjoni tas-Servejs tal-PPP dwar il-Prezzijiet tal-2021 u l-2022 fuq il-Kostruzzjoni Dan il-lott jikkonċerna l-koordinazzjoni tas-servejs dwar il-prezzijiet tal-kostruzzjoni, li huwa wieħed miż-żewġ servejs dwar il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss. Il-kostruzzjoni tirrappreżenta sehem kbir mill-formazzjoni grossa tal-kapital fiss. Dan jinkludi l-kostruzzjoni ta' bini residenzjali u mhux residenzjali u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili. Il-PPPs dwar il-kostruzzjoni huma bbażati fuq prezzijiet għal hekk imsejħa "Bills of Quantities" (BoQs), li huma deskrizzjonijiet dettaljati ta' proġetti ta' bini fittizji, li kull wieħed jikkonsisti f'lista ta' oġġetti li għandhom jingħataw prezz. Is-servejs li jridu jitwettqu fl-2021 u fl-2022.Ix-xogħol ikopri s-servej fis-37 pajjiżi kollha li qegħdin jieħdu sehem fl-eżerċizzju (ara "Informazzjoni ġenerali dwar il-lottijiet kollha") flimkien ma' xi xogħol għall-Georgia u l-Ukrajna bħala parteċipanti fl-ICP permezz tal-programm tal-PPP tal-Eurostat-OECD.
Il-lott 3 Il-Koordinazzjoni tas-Servej tal-PPP dwar il-Prezzijiet tal-2021-2024 fuq is-Servizzi tal-Isptarijiet Dan il-lott jikkonċerna l-koordinazzjoni tas-servejs dwar il-prezzijiet fuq is-servizzi tal-isptarijiet. Is-servizzi fl-isptarijiet jirrappreżentaw sehem kbir tan-nefqa fuq is-saħħa. Kull sena l-prezzijiet huma miġbura għat-3 snin ta' qabel, jippermettu għal reviżjonijiet tad-dejta pprovduta fis-snin ta' qabel.Ix-xogħol ikopri s-37 pajjiżi kollha li qegħdin jieħdu sehem (ara "Informazzjoni ġenerali dwar il-lottijiet kollha") għas-servejs li twettqu fis-snin 2021 sal-2024.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2020/S 077-181179 L-Avviż dwar il-Kuntratt 20/04/2020 00:00