Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti
Tagħrif
In-numru ta' referenza tas-sejħa għall-offerti
AO 713
It-titlu
Komunikazzjonijiet bil-Mowbajl
Deskrizzjoni
Din is-sejħa għall-offerti qed timmira li tagħti qafas ta' kuntratt ta' servizz singolu għall-provvista ta' servizzi ta' telefonija bil-mowbajl u t-tagħmir assoċjat. Mill-inqas se jkunu pprovduti s-servizzi ta' komunikazzjoni bil-mowbajl li ġejjin: il-komunikazzjoni tal-vuċi, il-komunikazzjoni tad-dejta, messaġġi bit-test (SMS).
It-Tip ta' Kuntratt
Servizzi
It-Tip ta' Proċedura
Proċedura Miftuħa
L-istatus
Magħluq
Ippubblikati fit-TED
Metodu ta' Sottomissjoni
Elettroniku
Informazzjoni dwar kuntratt pubbliku, ftehim ta' qafas jew sistema dinamika ta' xiri (DSX)
Ftehim ta' qafas
Indirizz tal-profil tax-xerrej: (URL)
Il-metodu tal-għoti
L-iktar prezz baxx
Main CPV
64212000
NUTS
LU
Additional CPV
Supplementary CPV
64210000
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Suitability to pursue the professional activity, including requirements relating to enrolment on professional or trade registers
Dawk li jitfgħu l-offerti li jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikoli 136 u 141 tar-Regolament Finanzjarju se jitwarrbu milli jieħdu sehem f'din is-sejħa miftuħa għall-offerti u ma jingħatawx il-kuntratt.Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom ikunu legalment kapaċi li jwettqu l-kuntratt ta' servizz li japplikaw għalih. Stqarrija fuq l-unur dwar il-kriterji tat-twarrib u tal-għażla (l-Anness 3 tal-istedina għall-offerti — il-Formola 5), b'data u firma xierqa minn rappreżentant awtorizzat ta' dak li jitfa' l-offerta, għandha tiġi pprovduta mal-offerta. Id-dokumenti li ġejjin fejn tidħol il-ħila legali se jintalbu mingħand dawk li jitfgħu l-offerti li lilhom jista' jkun propost l-għoti tal-kuntratt:(a) prova tar-reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali jew tal-kummerċ taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fis-seħħ skont il-leġislazzjoni tal-pajjiż fejn joqogħdu dawk li jitfgħu l-offerti;(b) kopja leġibbli tal-avviż tal-ħatra tal-persuna/i awtorizzata(i) li tirrappreżenta/jirrappreżentaw lil dak li jitfa' l-offerta fil-konklużjoni tal-kuntratti, jekk ma tkunx inkluża fid-dokument imsemmi hawn fuq.
Economic and financial standing - List and brief description of selection criteria
Dawk li jitfgħu offerti jrid ikollhom l-ħila ekonomika u finanzjarja meħtieġa sabiex iwettqu l-QTK skont il-provvedimenti kuntrattwali, billi jitqiesu l-valur u l-iskala tiegħu. Jekk, fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija minn dak li jitfa' l-offerta, il-Qorti jkollha dubji serji dwar il-ħila ekonomika u finanzjarja ta' dak li jitfa' l-offerta jew jekk dan jidher li mhux biżżejjed għat-twettiq tal-kuntratt, l-offerta tista' titwarrab mingħajr ma dak li jitfa' l-offerti jkun jista' jitlob kwalunkwe kumpens finanzjarju. Stqarrija fuq l-unur dwar il-kriterji tat-twarrib u tal-għażla (l-Anness 3 tal-istedina għall-offerti — il-Formola 5), b'data u firma xierqa minn rappreżentant awtorizzat ta' dak li jitfa' l-offerta, għandha tiġi pprovduta mal-offerta. Id-dokumenti li ġejjin fejn tidħol il-ħila ekonomika u finanzjarja se jintalbu mingħand dawk li jitfgħu l-offerti li lilhom jista' jkun propost l-għoti tal-kuntratt:— rendikonti finanzjarji jew l-estratti tagħhom għal perijodu daqs l-aħħar tliet (2) snin li għalihom ingħalqu l-kontijiet,— rendikont tad-dħul annwali speċifiku li jirrelata mas-servizzi koperti minn din is-sejħa għall-offerti għal kull waħda mill-aħħar sentejn (2) finanzjarji li għalihom il-kontijiet ingħalqu.
Economic and financial standing- Minimum level(s) of standards possibly required
L-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom dħul annwali minimu li jirrelata mas-servizzi koperti minn din is-sejħa għall-offerti għal kull waħda mill-aħħar sentejn (2) finanzjarji li għalihom il-kontijiet ingħalqu, ekwivalenti jew iżjed minn 400 000 EUR.
Technical and professional ability - List and brief description of selection criteria
Dawk li jitfgħu l-offerti jrid ikollhom ħila teknika u professjonali meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-QTK skont id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt, filwaqt li jitqies il-valur u l-firxa tiegħu. Stqarrija fuq l-unur dwar il-kriterji tat-twarrib u tal-għażla (l-Anness 3 tal-istedina għall-offerti — il-Formola 5), b'data u firma xierqa minn rappreżentant awtorizzat ta' dak li jitfa' l-offerta, għandha tiġi pprovduta mal-offerta.Il-ħila teknika u professjonali se tkun iġġudikata fuq il-bażi tal-kompetenza ta' dak li jitfa' l-offerta rilevanti għas-servizzi meħtieġa. Id-dokumenti li ġejjin fejn tidħol il-ħila teknika u professjonali għandhom jiġu pprovduti mal-offerta:— dokument li jiċċertifika li l-kumpanija hija awtorizzata tipprovdi servizzi ta' telefonija ċellulari f'tal-inqas wieħed mill-Istati Membri tal-UE,— evidenza ta' mill-inqas 3 referenzi (kuntratti) tal-aktar klijenti rilevanti fl-aħħar 3 snin.
Technical and professional ability - Minimum level(s) of standards possibly required
— dak li jitfa' l-offerta għandu jkun awtorizzat li jipprovdi servizzi ta' telefonija ċellulari f’tal-inqas wieħed mill-Istati Membri tal-UE. Qabel il-bidu tal-provvista ta' servizz, dak li jitfa' l-offerta għandu jikseb awtorizzazzjoni sabiex jipprovdi servizzi ta' telefonija ċellulari fil-Lussemburgu,— dak li jitfa' l-offerta jrid ikun wettaq, fl-aħħar 3 snin, mill-inqas 3 kuntratti simili, f'termini ta' suġġett, ta' din is-sejħa għall-offerti. Bħala prova ta' esperjenza, huwa għandu jipprovdi 3 referenzi (kuntratti) tal-aktar klijenti rilevanti fl-aħħar 3 snin.
Miri li Jridu Jintlaħqu
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED
06/03/2020 00:00
Id-Data tal-Għeluq tal-Mistoqsija
N/A
Id-Data tal-Għeluq tat-Tweġiba
N/A
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti
07/07/2020 16:00
Il-kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti (id-data)
09/07/2020 10:00
Il-lottijiet
Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi