Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Għodda Ewropea ta' awto-valutazzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi għall-IŻM.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
Executive Agency for Small and Medium Sized Enterprises (EASME)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
30/08/2014
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
06/10/2014
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
EASME/COSME/2014/005.
Għodda Ewropea ta' awto-valutazzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi għall-IŻM.
Is-sejħa preżenti għall-offerti għandha l-għan li tagħżel fornitur tas-servizz għall-iżvilupp u l-ittestjar ta' għodda Ewropea ta' awto-valutazzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi għall-IŻM, minn issa 'l quddiem imsejħa 'l-għodda', u ta' katalogu ta' miżuri ta' titjib tal-effiċjenza tar-riżorsi, minn issa 'l quddiem imsejħa 'l-katalogu', li se jippermetti l-IŻM Ewropej biex iżidu l-fehim tat-twettiq tagħhom tal-effiċjenza tar-riżorsi u jidentifikaw liema stadji jistgħu jittieħdu biex itejbuha. B'mod partikolari, il-kuntrattur se jkun responsabbli għall-iżvilupp tal-prototipi tal-għodda u l-katalogu permezz tal-provvista ta' karetteristiċi, il-kontenut u l-komponenti neċessarji għalihom biex jinbnew u jiġu integrati fl-applikazzjoni tal-Internet żviluppata b'mod intern mis-servizz(i) tat-TI tal-Kummissjoni Ewropea.L-għodda, inkluż il-katologu, huwa maħsub bħala l-ewwel modulu lejn it-twaqqif ta' Ċentru ta' Eċċellenza fl-Effiċjenza tar-Riżorsi (COSME 2015), minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'iċ-ċentru', u se jiġi żviluppat, integrat u rfinat aktar miċ-ċentru. L-għodda se tkun iddisinjata biex tipprovdi lill-IŻM Ewropej ta' kwalunkwe settur, daqs (żgħir, medju , intrapriżi mikro) u żona ġeografika b'metodu faċli għall-użu biex jiġi vvalutat it-twettiq tal-effiċjenza tal-enerġija u biex jiġu mistħarrġa l-miżuri li jistgħu jiġu adottati u biex din tittejjeb b'mod li jingħata valur għall-flus. Din l-azzjoni se tiżviluppa l-prototip ta' għodda Ewropea ta' awto-valutazzjoni għall-IŻM fuq il-bażi ta' metodoloġiji li hemm, u ppruvati biex ikunu tradotti u adattati għall-kuntest tal-UE, kif ukoll il-prototip ta' katalogu ta' tipi differenti ta' miżuri ta' titjib tal-effiċjenza tar-riżorsi fuq l-effettività tagħhom, l-impatt kompetittiv u l-valur għall-flus. Il-dejta miġbura permezz tal-prototipi tal-għodda u tal-katalogu se jiġu inklużi f'bażi tad-dejta Ewropea ta' tagħrif dwar l-effiċjenza tal-enerġija, li se titwaqqaf u tiġi żviluppata b'mod intern mis-servizz(i) tat-TI tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-aħħar, l-għodda, il-katalogu u l-applikazzjoni sħiħa tal-Internet li tintegrahom se jiġu ttestjati mal-IŻM mill-kuntrattur.Huwa importanti li wieħed jenfasizza li l-għan ta' din l-azzjoni huwa ristrett għall-iżvilupp tal-prototipi tal-għodda u tal-katalogu u l-ittestjar tagħhom mal-IŻM. Il-verżjonijiet lesti għall-użu li jirriżultaw, integrati f'applikazzjoni tal-Internet żviluppata b'mod intern mis-servizz(i) tat-TI tal-Kummissjoni Ewropea, se jkunu disponibbli u se jitħaddmu fil-qasam pubbliku wara biss fil-kuntest taċ-ċentru li se jirfinhom u jlestihom b'aktar dejta u tagħrif.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ma jgħoddx
Miri li Jridu Jintlaħqu
30/08/2014 00:00
Ma jgħoddx
Ma jgħoddx
Ma jgħoddx
06/10/2014 23:59
14/10/2014 10:30
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2014/S 166-295687 L-Avviż dwar il-Kuntratt 30/08/2014 00:00