Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
'Il-provvista tal-għamara'.
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, Office for Infrastructure and Logistics in Brussels (OIB)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
15/11/2014
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
02/03/2015
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
OIB.DR.2/PO/2014/055/622.
'Il-provvista tal-għamara'.
Dan il-kuntratt hu maħsub għall-provvista tal-għamara u servizzi li għandhom x'jaqsmu. Hu maqsum f'5 lottijiet:— l-1 lott: 'Il-provvista ta' għamara tal-uffiċċju li tkun immanifatturata b'mod sostenibbli għall-impjegati maniġerjali u impjegati oħra',— it-2 lott: 'Il-provvista ta' għamara tal-uffiċċju li tkun immanifatturata b'mod sostenibbli għall-impjegati maniġerjali anzjani',— it-3 lott: 'Il-provvista ta' siġġijiet tax-xogħol, imfassla b'mod li jqis ir-responsabbiltà soċjali u mmanifatturati b'mod sostenibbli',— ir-4 lott: 'Il-provvista ta' għamara mmanifatturata b'mod sostenibbli għall-kmamar tal-laqgħat, tat-taħriġ u tal-konferenzi',— il-5 lott: 'Il-provvista ta' sistema tad-dawl immanifatturata b'mod sostenibbli'.B'mod aktar speċifiku, l-għan tiegħu hu li jipprovdi servizz integrat sħiħ li jinkludi s-servizz kollu li ġej jew parti minnu:— il-provvista, bl-immuntar jew mingħajru, ta' oġġetti tal-għamara (il-lottijiet 1–4),— il-provvisti tas-servizzi li jinkludu t-trasport, il-ħruġ tal-oġġetti mill-materjal li jkunu ppakkjati fih, l-immuntar, l-irkuprar tal-ippakkjar, u t-taħriġ (il-lottijiet 1–5),— il-ġbir tal-għamara użata għall-irkuprar tal-materjal (il-ġbir, l-użu mill-ġdid, ir-reklamazzjoni u r-riċiklaġġ tal-materjali li jittieħdu mill-iskart (il-lottijiet 1–4),— it-tagħmir mill-ġdid tal-għamara li teżisti għall-impjegati maniġerjali anzjani (it-2 lott),— il-ħolqien u l-aġġornament ta' sit tal-Internet tat-tip ta' katalgu elettroniku (il-lottijiet 1–5),— il-provvista ta' partijiet li jinbidlu u aċċessorji (f'kuntratt separat iżda li jingħata lill-istess kuntrattur) (il-lottijiet 1–4).
Provvisti
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
15/11/2014 00:00
Ma jgħoddx
Ma jgħoddx
Ma jgħoddx
02/03/2015 17:30
09/03/2015 10:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1 Il-provvista ta' għamara tal-uffiċċju li tkun immanifatturata b'mod sostenibbli għall-impjegati maniġerjali u impjegati oħra L-għan hu li jsiru 2 oqsfa ta' kuntratti għal:— l-ewwel nett, il-provvista ta' għamara tal-uffiċċju għall-impjegati maniġerjali u impjegati oħra, inklużi s-servizzi li għandhom x'jaqsmu,— barra minn hekk, il-provvista ta' partijiet li jinbidlu.
Il-lott 2 Il-provvista ta' għamara tal-uffiċċju li tkun immanifatturata b'mod sostenibbli għall-impjegati maniġerjali anzjani L-għan hu li jsiru 2 oqsfa ta' kuntratti għal:— l-ewwel nett, il-provvista ta' għamara tal-uffiċċju għall-impjegati maniġerjali anzjani, inklużi s-servizzi li għandhom x'jaqsmu,— barra minn hekk, il-provvista ta' partijiet li jinbidlu.
Il-lott 3 Il-provvista ta' siġġijiet tax-xogħol, imfassla b'mod li jqis ir-responsabbiltà soċjali u mmanifatturati b'mod sostenibbli L-għan hu li jsiru 2 oqsfa ta' kuntratti għal:— l-ewwel nett, il-provvista ta' siġġijiet tax-xogħol, inklużi s-servizzi li għandhom x'jaqsmu,— barra minn hekk, il-provvista ta' partijiet li jinbidlu.
Il-lott 4 Il-provvista ta' għamara mmanifatturata b'mod sostenibbli għall-kmamar tal-laqgħat, tat-taħriġ u tal-konferenzi L-għan hu li jsiru 2 oqsfa ta' kuntratti għal:— l-ewwel nett, il-provvista ta' għamara għall-kmamar tal-laqgħat, tat-taħriġ u tal-konferenzi, inklużi s-servizzi li għandhom x'jaqsmu,— barra minn hekk, il-provvista ta' partijiet li jinbidlu.
Il-lott 5 Il-provvista ta' sistema tad-dawl immanifatturata b'mod sostenibbli L-għan hu li jsir qafas 1 ta' kuntratt għall-provvista ta' sistema tad-dawl, inklużi servizzi li għandhom x'jaqsmu.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2015/S 029-048107 Tiswija 11/02/2015 00:00
2015/S 011-013774 Tiswija 16/01/2015 00:00
2014/S 221-389910 L-Avviż dwar il-Kuntratt 15/11/2014 00:00