Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

- New date for opening of tenders: 7 April 2021 11h00 - Updated model offer (including a new form 10) has been published
It-titlu:
Provvista ta’ Servizzi ta' Awditjar Esterni lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Court of Auditors (ECA)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
10/02/2021
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
31/03/2021
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
AO 758
Provvista ta’ Servizzi ta' Awditjar Esterni lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Din is-sejħa għall-offerti qed timmira li tagħti kuntratt ta’ servizz relatat mal-provvista ta’ servizzi ta’ awditjar esterni lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri: awditjar tal-kontijiet annwali tal-Qorti tas-snin li ġejjin: 2021-2025 u eżami ta’ xi tranżazzjonijiet kampjunarji magħżula b’mod aleatorju u mwettqa mill-Qorti.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Kuntratt pubbliku
L-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità
375000.00 EUR
375000.00 EUR
79210000
LU
Additional CPV Supplementary CPV
79212300
79212000
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Dawk li jitfgħu l-offerti li jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikoli 136 u 141 tar-Regolament Finanzjarju se jitwarrbu milli jieħdu sehem f'din is-sejħa miftuħa għall-offerti u ma jingħatawx il-kuntratt.Dawk li jitfgħu l-offerti għandhom ikunu legalment kapaċi li jwettqu l-kuntratt ta' servizz li japplikaw għalih. Stqarrija fuq l-unur dwar il-kriterji tat-twarrib u tal-għażla (l-Anness 3 tal-istedina għall-offerti — il-Formola 5), b'data u firma xierqa minn rappreżentant awtorizzat ta' dak li jitfa' l-offerta, għandha tiġi pprovduta mal-offerta. Id-dokumenti li ġejjin fejn tidħol il-ħila legali se jintalbu mingħand dawk li jitfgħu l-offerti li lilhom jista' jkun propost l-għoti tal-kuntratt:(a) prova tar-reġistrazzjoni fir-reġistru professjonali jew tal-kummerċ taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fis-seħħ skont il-leġislazzjoni tal-pajjiż fejn joqogħdu dawk li jitfgħu l-offerti;(b) kopja leġibbli tal-avviż tal-ħatra tal-persuna/i awtorizzata(i) li tirrappreżenta/jirrappreżentaw lil dak li jitfa' l-offerta fil-konklużjoni tal-kuntratti, jekk ma tkunx inkluża fid-dokument imsemmi hawn fuq.
Dawk li jitfgħu l-offerti jrid ikollhom il-ħila ekonomika u finanzjarja meħtieġa sabiex iwettqu l-kuntratt skont id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, billi jitqiesu l-valur u l-iskala tiegħu. Jekk, fid-dawl tat-tagħrif mogħti minn dak li jitfa’ l-offerta, il-Qorti jkollha dubji dwar il-ħila finanzjarja tiegħu, jew jekk jidher b’mod ċar li mhux biżżejjed għat-twettiq tal-kuntratt, l-offerta tista’ titwarrab u dak li jitfa’ l-offerta ma jkunx jista’ jitlob xi kumpens finanzjarju.Stqarrija fuq l-unur dwar il-kriterji tat-twarrib u tal-għażla (l-Anness 3 tal-istedina għall-offerti — il-Formola 5), b'data u firma xierqa minn rappreżentant awtorizzat ta' dak li jitfa' l-offerta, għandha tiġi pprovduta mal-offerta. Id-dokumenti li ġejjin fejn tidħol il-ħila ekonomika u finanzjarja se jintalbu mingħand dawk li jitfgħu l-offerti li lilhom jista' jkun propost l-għoti tal-kuntratt:(a) rendikont tad-dħul kollu u d-dħul speċifiku li għandu x’jaqsam mas-servizzi koperti minn din is-sejħa għall-offerti (awditu statutorju), li sar matul dawn l-aħħar tliet snin finanzjarji, li l-kontijiet tagħhom ingħalqu;(b) stqarrijiet finanzjarji vverifikati (karti bilanċjali u kontijiet tal-qligħ u t-telf) għal mill-inqas dawn l-aħħar tliet snin finanzjarji li l-kontijiet tagħhom ingħalqu, jew dokumentazzjoni ekwivalenti (p.e. fejn il-liġi tal-kumpaniji fil-pajjiż fejn huwa mwaqqaf dak li jitfa’ l-offerta ma teħtieġx il-pubblikazzjoni tal-karta bilanċjali);(c) prova ta' assigurazzjoni rilevanti li tilqa' kontra l-perikli professjonali.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt li huwa s-suġġett ta’ din l-istedina għall-offerti, il-Qorti teħtieġ li dawk li jitfgħu l-offerti jkollhom il-livelli minimi tal-ħila ekonomika u finanzjarja li ġejjin:(a) id-dħul medju annwali fil-qasam tal-awditu statutorju tal-kontijiet fl-aħħar tliet snin finanzjarji li għalihom ingħalqu l-kontijiet għandu jkun ta’ mill-inqas EUR 150 000.
Dawk li jitfgħu l-offerti jrid ikollhom il-ħila teknika u professjonali meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-kuntratt skont id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, billi jitqiesu l-valur u l-iskala tiegħu. Jekk, fid-dawl tat-tagħrif mogħti minn dak li jitfa’ l-offerta, il-Qorti jkollha dubji dwar il-ħila teknika u professjonali ta’ dak li jitfa’ l-offerta, jew jekk b’mod ċar ma jkunx biżżejjed għat-twettiq tal-kuntratt, l-offerta tista’ titwarrab u dak li jitfa’ l-offerta ma jkunx jista’ jitlob xi kumpens finanzjarju.Stqarrija fuq l-unur dwar il-kriterji tat-twarrib u tal-għażla (l-Anness 3 tal-istedina għall-offerti — il-Formola 5), b'data u firma xierqa minn rappreżentant awtorizzat ta' dak li jitfa' l-offerta, għandha tiġi pprovduta mal-offerta.Id-dokumenti li ġejjin fejn tidħol il-ħila teknika u professjonali għandhom jiġu pprovduti mal-offerta:(a) kopja tal-awtorizzazzjoni biex jitwettaq l-awditu statutorju tal-kontijiet maħruġa mill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru fejn huwa mwaqqaf dak li jitfa’ l-offerta;(b) lista ta’ mill-inqas ħames kuntratti/proġetti rilevanti li twettqu fl-aħħar tliet snin li jikkonċernaw l-awditu statutorju tal-kontijiet, li jagħtu prova ta’ mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza fis-settur tal-awditjar (awditjar tal-istat tal-kontijiet u fl-awditjar tas-Sistemi tal-Kontroll Intern (inklużi l-IT u s-sigurtà tal-IT)). Mill-inqas wieħed mill-kuntratti/proġetti għandu jirreferi għall-awditu statutorju ta’ kontijiet imwettqa f’korp pubbliku nazzjonali jew internazzjonali;(c) deskrizzjoni tal-pakketti tas-CAATS jew applikazzjonijiet oħra tal-IT li jappoġġaw il-proċess tal-awditjar;(d) deskrizzjoni tal-kontroll tal-kwalità u l-proċeduri tal-assigurazzjoni tal-kwalità għall-provvista ta’ awditu statutorju tal-kontijiet;(e) dikjarazzjoni u deskrizzjoni tal-miżuri ta’ assigurazzjoni tal-protezzjoni tad-data fis-seħħ biex tintwera l-konformità mar-Regolament dwar il-protezzjoni tad-data (UE) 2018/1725.
(a) dak li jitfa’ l-offerta għandu jkun awtorizzat kif xieraq biex jipprovdi awditu statutorju tal-kontijiet;(b) min qiegħed jitfa’ l-offerta jrid ikollu mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza ppruvata fl-awditu statutorju tal-kontijiet u fl-awditjar tas-Sistemi tal-Kontroll Intern (inklużi l-IT u s-sigurtà tal-IT);(ċ) min qiegħed jitfa’ l-offerta jrid ikun wettaq f’dawn l-aħħar tliet snin mill-inqas ħames kuntratti/proġetti simili (simili f’termini tal-għan “Awditu statutorju”);(d) mill-inqas wieħed mill-kuntratti/proġetti għandu jirreferi għall-awditu statutorju ta’ kontijiet imwettqa f’korp pubbliku nazzjonali jew internazzjonali;(e) min qiegħed jitfa’ l-offerta se jiddisponi minn applikazzjonijiet tal-IT li jappoġġjaw il-proċess tal-verifika (CAATS jew oħrajn);(f) dak li jitfa’ l-offerta għandu jkollu proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità u assigurazzjoni tal-kwalità fis-seħħ għall-provvista ta’ awditu statutorju tal-kontijiet;(g) dak li jitfa’ l-offerta għandu jkollu fis-seħħ miżuri ta’ assigurazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta biex juri konformità mar-Regolament dwar il-protezzjoni tad-dejta (UE) 2018/1725.
Miri li Jridu Jintlaħqu
10/02/2021 00:00
31/03/2021 16:00
07/04/2021 11:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2021/S 045-109183
Tiswija
05/03/2021 00:00
2021/S 028-068039
L-Avviż dwar il-Kuntratt
10/02/2021 00:00