Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Qafas ta' kuntratt għal servizzi marbuta mal-kwalità ta' fjuwils mibjugħin u uża...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG ENV+CLIMA
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
22/05/2012
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
03/07/2012
L-istatus:
Magħluq
Tagħrif
CLIMA.C.2/FRA/2012/0013
Qafas ta' kuntratt għal servizzi marbuta mal-kwalità ta' fjuwils mibjugħin u użati fl-UE u lilhinn minnha.
Qafas ta' kuntratt għal servizzi marbuta mal-kwalità u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjoni tal-gass tas-serra tal-fjuwils likwidi li jinbigħu u jintużaw fl-Unjoni Ewropea u lilhinn minnha. L-emissjonijiet li joħorġu mill-ħruq tal-fjuwils tat-trasport iżidu t-tniġġis tal-arja u l-impatti negattivi fuq is-saħħa, l-ambjent u l-klima. Dawn kienu kkwantifikati fl-istrateġija tematika dwar it-tniġġis tal-arja li kienet ippubblikata fl-2005 (COM(2005) 446) u fil-pjan ta' ħidma li għandha twassal għal ekonomija kompetittiva li tipproduċi livell baxx ta' karbonju sal-2050 (COM(2011) 112). Il-liġi tal-Komunità tagħraf ir-rwol u l-kontribut li l-fjuwils likwidi għandhom fit-tniġġis tal-arja u fl-emissjonijiet tal-gass tas-serra, tant li l-liġi daħħlet fis-seħħ ħtiġijiet minimi marbuta mal-kwalità u miri biex ikun hemm tnaqqis għal firxa ta' fjuwils differenti magħmula minn żejt mhux raffinat u fjuwils li jkollhom bażi bijoloġika.Hemm ġabra sinifikanti ta' leġislazzjoni tal-UE li għandha x'taqsam mal-kwalità tal-fjuwil:(1) Id-Direttiva 1998/70/KE, kif kienet emendata, tirregola l-kwalità tal-petrol u tad-diżil li jinbigħu fl-UE. Id-direttiva tkopri firxa wiesgħa ta' parametri dwar il-kwalità tal-fjuwil li jolqtu l-emissjonijiet li joħorġu fl-arja. Barra minn hekk, id-Direttiva tirregola l-konenut tal-kubrit tal-fjuwils li jintużaw minn makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq u mill-bastimenti fil-passaġġi fuq l-ilma intern, it-trakters li jintużaw fl-agrikoltura u fil-foresti u l-bċejjeċ tal-baħar rikreattivi;(2) Id-Direttiva 1999/32/KE, kif kienet emendata, tikkontrolla l-kontenut tal-kubrit ta' wħud mill-fjuwils likwidi li jinkludu ż-żejt tqil li jinħaraq, iż-żjut tal-gass (żjut għat-tisħin) u l-fjuwils użati fuq il-baħar bħaż-żejt li jinħaraq magħmul mill-fdalijiet u l-prodotti tad-distillazzjoni għall-baħar.Minbarra l-leġislazzjoni li teżisti, hemm għadd ta' attivitajiet li għadhom għaddejjin li jista' jkollhom implikazzjonijiet għall-kwalità u għall-emissjonijiet tal-gass tas-serra tal-fjuwils li jinbigħu u jintużaw fl-UE: (1) il-Kunsill u l-Parlament Ewropew talab li l-Kummissjoni tressaq rapport u, jekk ikun xieraq, tipproponi emenda għad-Direttiva 98/70 dwar l-impatt tal-bidla indiretta fl-użu tal-art fuq l-emissjonijiet tal-gass tas-serra mill-bijofjuwils; (2) il-Kunsill u l-Parlament Ewropew talab li d-Direttiva 98/70 tkun eżaminata fl-2014 bil-ħsieb li, fost affarijiet oħra, tkun eżaminata l-mira marbuta mal-gass tas-serra; (3) il-Kummissjoni ressqet proposta biex temenda d-Direttiva 1999/32 (COM(2011) 439) f'Lulju tal-2011. L-għan tal-lottijiet f'din is-sejħa għall-offerti hu li jingħataw servizzi li jkunu kapaċi jindirizzaw il-bżonnijiet marbuta mal-leġislazzjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-fjuwils tat-trasport. Ix-xogħol se jkollu x'jaqsam ma' bosta analiżi tekniċi u ekonomiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tal-fjuwil li jinkludu l-aspetti ambjentali u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet tal-gass tas-serra. L-ewwel u t-tieni lott għandhom x'jaqsmu mal-aspetti tekniċi tal-fjuwils magħmula mill-fossili u l-bijofjuwils rispettivament, li jinkludu l-aspetti mikroekonomiċi li għandhom x'jaqsmu. It-tielet lott se jkollu x'jaqsam mal-aspetti makroekonomiċi tal-fjuwils magħmula mill-fossili u l-bijofjuwils.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ma jgħoddx
Miri li Jridu Jintlaħqu
22/05/2012 00:00
Ma jgħoddx
25/06/2012 23:59
26/06/2012 00:00
03/07/2012 23:59
13/07/2012 00:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Notice type Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2013/S 059-096663 Tiswija 23/03/2013 00:00
2012/S 96-158477 L-Avviż dwar il-Kuntratt 22/05/2012 00:00