Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
Stedina għall-offerti Nru 06A50/2015/M012 - Qafas ta' kuntratt għal xogħlijiet b...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Parliament, DG Infrastructure and Logistics (INLO)
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
06/02/2016
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
Ma jgħoddx
L-istatus:
Miftuħ
Tagħrif
06A050/2015/M012.
Stedina għall-offerti Nru 06A50/2015/M012 - Qafas ta' kuntratt għal xogħlijiet b'servizzi ta' manutenzjoni fil-qasam tas-sigurtà kontra n-nar f'binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell.
L-għan ta' dan il-kuntratt huwa l-iffirmar ta' qafas/oqfsa ta' kuntratt(i) 1 jew aktar għat-twettiq ta' xogħlijiet b'servizzi ta' manutenzjoni fil-qasam tas-sigurtà kontra n-nar — is-sejbien tan-nar, l-allarm f'każ ta' nar u l kontroll tan-nar — fil-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell.Il-kuntrattur għandu jinstalla, jipprogramma u jagħmel manutenzjoni fuq sistemi ġodda għas-sejbien tan-nar, għall-allarm f'każ ta' nar u l-kontroll tan-nar.Is-servizzi ta' manutenzjoni tal-Parlament Ewropew fi Brussell għandhom bżonn kuntrattur li huwa l-kuntatt ewlieni u li jiffittja l-profil li ġej:— ikun manufattur fil-qasam tas-sejbien tan-nar u għall-allarm f'każ ta' nar. Dawn il-ħiliet huma interni għall-kuntrattur u ma jistgħux jingħataw b'sottokuntratt,— ikun manufattur jew jimmanufattura b'sottokuntratt fil-qasam tal-kontroll tan-nar,— ikun kapaċi jerfa' responsabbiltà għat-twettiq tax-xogħol u xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-oqsma tas-sejbien tan-nar, għall-allarm f'każ ta' nar u l-kontroll tan-nar,— koordinazzjoni ma' terzi partijiet, servizzi interni jew kuntratturi tal-Parlament Ewropew li huma responsabbli għall-installazzjoni jew il-manutenzjoni ta' tagħmir tekniku marbut ma' sistemi ta' sejbien tan-nar, għall-allarm f'każ ta' nar u l-kontroll tan-nar.— billi jagħti pariri lis-servizzi tal-manutanzjoni tal-bini tal-Parlament Ewropew sabiex jikkonforma ma' u jissodisfa l-oġġettivi kuntrattwali.Għat-tul kollu tal-kuntratt, għandha tkun assigurata l-kompatibbiltà mas-sistemi kollha għas-sejbien tan-nar, għall-allarm f'każ ta' nar u l-kontroll tan-nar u t-tagħmir li kien diġà installat meta tagħmir u sistemi ġodda jibdew jitħaddmu.Il-kuntratt ikopri l-binjiet kollha okkupati mill-Parlament Ewropew fi Brussell u huwa maqsum f'2 lottijiet. Kandidati jistgħu jitfgħu offerti għal lott 1 miż-2 lottijiet (l-1 lott, it-2 lott) jew għaż-żewġ lottijiet (l-1 lott u t-2 lott).L-ewwel lott (l-1 lott) jirrappreżenta wiċċ totali inizjali li jkopri ± 362 000 m2 (inkluż kantini), mifrux fuq 4 binjiet. It-tieni lott (it-2 lott) jirrappreżenta wiċċ totali inizjali li jkopri ± 300,000 m2 (inkluż kantini), mifrux fuq 12-il binja. Matul it-twettiq tal-kuntratt, il-Parlament Ewropew jirriżerva d-dritt li jneħħi jew iżid binjiet tas-sit lil kwalunkwe mil-lottijiet.
Xogħlijiet
Ristrett
Miftuħ
Ivverifikat
Miri li Jridu Jintlaħqu
06/02/2016 00:00
Ma jgħoddx
Ma jgħoddx
23/03/2016 17:00
Il-lottijiet
In-Numru tal-Lott It-titlu Deskrizzjoni
Il-lott 1
L-1 lott
Provvista ta' xogħlijiet b'servizzi ta' manutenzjoni fil-qasam tas-sigurtà kontra n-nar għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell (madwar 362 000 m2):• Altiero Spinelli (ASP) (± 286 000 m2),• Willy Brandt (WIB + BQL) (± 38 000 m2),• József Antall (JAN) (± 38 000 m2).
Il-lott 2
It-2 lott
Provvista ta' xogħlijiet b'servizzi ta' manutenzjoni fil-qasam tas-sigurtà kontra n-nar għall-binjiet tal-Parlament Ewropew fi Brussell (madwar 300 000 m2):• Paul-Henri Spaak (PHS) (± 84 000 m2),• Square de Meeûs (SQM) (± 56 000 m2),• Wilfried Martens (WIM) (± 41 000 m2),• Atrium (ATR) (± 33 000 m2),• Wiertz (WIE) (± 18 000 m2),• Montoyer 75 (MOY), House of European History (MHE), Trèves (TRI), Remard (RMD), Montoyer 30 (MTS), Montoyer 70 (MTY), Wayenberg (WAY) (bejn 4 000 u 12 000 m2 kull wieħed).
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2016/S 056-092685
Tiswija
19/03/2016 00:00
2016/S 026-041170
L-Avviż dwar il-Kuntratt
06/02/2016 00:00