Id-Dettalji tas-Sejħa għall-Offerti

It-titlu:
It-tassazzjoni tal-IŻM fl-Ewropa - studju empiriku dwar it-tassazzjoni applikata...
L-Awtorità li Qiegħda Toħroġ il-Kuntratt:
European Commission, DG for Internal Market, Industry,Entrepreneurshipand SMEs (...
Id-data tal-pubblikazzjoni tat-TED:
31/05/2012
Limitu ta' żmien għall-wasla tal-offerti:
27/07/2012
L-istatus:
Magħluq
Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu Id-data tal-għeluq biex jitniżżlu d-dokumenti ta' din is-Sejħa għall-Offerti issa għaddiet. Id-dokumenti ma jistgħux jitniżżlu
Tagħrif
186/PP/ENT/CIP/12/F/S01C24
It-tassazzjoni tal-IŻM fl-Ewropa - studju empiriku dwar it-tassazzjoni applikata għad-dħul korporattiv tal-IŻM imqabbla ma' intrapriżi kbar.
Wieħed mill-iżvantaġġi għall-IŻM hu n-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji u umani tagħhom. Filwaqt li l-intrapriżi ta' daqs kbir (IDK) jista' jkollhom aċċess għal tipi differenti ta' esperti li jistgħu jagħtuhom pariri dwar affarijiet ekonomiċi f'dak li għandu x'jaqsam, p.e. mal-iffinanzjar, it-tassazzjoni u l-istrutturi tan-negozji, biex ikunu jistgħu jtejbu l-qligħ nett tagħhom, l-IŻM qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' 3 diffikultajiet ewlenin fin-negozji tagħhom li huma: l-aċċess għall-kapital, l-ispejjeż li jidħlu fihom biex jimxu mar-regoli tat-taxxa u l-piż amministrattiv. Dan joħloq żvantaġġ għall-IŻM u jista' jżommhom milli jkomplu jikbru. Kwistjoni kumplessa oħra li l-IŻM iridu jħabbtu wiċċhom magħha hi t-tassazzjoni. Minħabba f'hekk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mat-taxxa ħafna drabi jingħataw lil persuni barra mill-kumpanija, l-aktar lill-konsulenti tat-taxxa, għax l-IŻM ġeneralment ma jkollhomx l-esperti tagħhom stess li jifhmu fit-tassazzjoni u li jistgħu joħdulhom ħsieb it-taxxi kif suppost. Bosta jassumu li l-IŻM qegħdin iħallsu taxxi li proporzjonalment huma ogħla minn dawk imħallsa mill-kompetituri tagħhom li huma ikbar minnhom, jiġifieri l-IDK, iżda jista' jingħad ukoll li f'bosta pajjiżi l-IŻM jibbenefikaw minn livelli iktar baxxi ta' tassazzjoni minħabba konċessjonijiet speċifiċi tat-taxxa, inċentivi marbuta mar-R & Ż, eċċ. Minkejja dan, dawn il-vantaġġi tat-taxxa fil-fatt jistgħu jissarrfu fi xkiel għall-IŻM u jżommuhom milli jkomplu jikbru lil hinn mil-limiti fejn jingħataw konċessjonijiet għall-ħelsien mit-taxxa. Hu importanti li l-IŻM ikunu jistgħu jsaħħu l-bażi tal-ekwità tagħhom, mhux biss għax jekk il-qagħda finanzjarja tal-IŻM tkun dgħajfa jisfaw vulnerabbli waqt ir-reċessjonijiet, iżda dan iwassal ukoll biex jikbru l-problemi marbuta mal-bidliet strutturali, l-orjentazzjonijiet mill-ġdid tan-negozji u l-ksib tal-iffinanzjar. Essenzjalment l-IŻM m'għandux ikollhom żvantaġġ kompetittiv f'dak li għandu x'jaqsam mat-tassazzjoni u l-iffinanzjar, eċċ. meta mqabbla mal-IDK. Meta wieħed iqis il-potenzjal li l-IŻM għandhom biex jiżviluppaw fl-ekonomija tagħna u r-rabta li dan jista' jkollu mat-tassazzjoni, jitqies li hu importanti li jsir studju li jistħarreġ it-tassazzjoni fuq id-dħul korporattiv (TDK) u l-metodi tajbin ta' ħidma tat-TDK mill-perspettiva tal-IŻM fl-ekonomija tan-negozju li mhix finanzjarja. Uħud mill-għanijiet tal-istudju huma li jitħejjew bosta analiżi tat-TDK applikata għall-IŻM u li jkunu identifikati d-differenzi li jista' jkun hemm fit-trattament tat-taxxa tal-IŻM meta mqabbla mal-IDK u biex issir valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-IŻM u l-potenzjal li għandhom biex jiżviluppaw.
Servizzi
Proċedura Miftuħa
Magħluq
Ivverifikat
Ma jgħoddx
Miri li Jridu Jintlaħqu
31/05/2012 00:00
27/07/2012 23:59
27/07/2012 23:59
05/09/2012 00:00
Il-lottijiet Is-Sejħa għall-Offerti m'għandha l-ebda lott.
Avviżi
Ir-referenza Tip ta’ avviż Id-Data tal-Pubblikazzjoni
2012/S 102-169282
L-Avviż dwar il-Kuntratt
31/05/2012 00:00